LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/04 p. 1
  • “Ħobbu l-Mulej, Ħbieb Tiegħu Kollha”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħobbu l-Mulej, Ħbieb Tiegħu Kollha”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Għin lil Oħrajn Jibbenefikaw mill-Fidwa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 3/04 p. 1

“Ħobbu l-​Mulej, Ħbieb Tiegħu Kollha”

Il-​Mewt taʼ Ġesù li Se Tiġi Mfakkra fl-​4 t’April

1 Snin ilu, meta l-​Ukraina kienet taħt il-​ħakma Komunista, l-​awtoritajiet kienu joqogħdu għassa għall-​aħwa​—speċjalment meta kienet toqrob il-​ġurnata taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej​—għax kienu jittamaw li jiskopru fejn kienu jiltaqgħu. Din dejjem kienet problema minħabba li l-​awtoritajiet kienu jafu bejn wieħed u ieħor id-​data tal-​kommemorazzjoni. L-​aħwa x’setgħu jagħmlu? Id-​dar taʼ waħda oħt kellha kantina mgħarrqa. Ladarba l-​awtoritajiet ma kinux jistennew li jkun hemm min jiltaqaʼ hemm, l-​aħwa bnew pjattaforma fuq l-​ilma li kien jilħaq l-​irkoppa. Għalkemm kellhom joqogħdu bil-​qiegħda mrekknin fuq il-​pjattaforma taħt saqaf baxx, ħadd ma fixkilhom hekk kif il-​kongregazzjoni kollha ċċelebrat it-​Tifkira bil-​ferħ.

2 Id-​determinazzjoni taʼ ħutna mill-​Ukraina biex jobdu l-​kmand li jfakkru l-​mewt taʼ Ġesù kienet turija meraviljuża taʼ l-​imħabba tagħhom għal Alla. (Lq. 22:19; 1 Ġw. 5:3) Kulmeta niffaċċjaw xi ostakli fil-​ħajja tagħna nistgħu niksbu inkuraġġiment minn eżempji bħal dawn u nkunu determinati li nkunu preżenti biex nosservaw l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej fl-​4 t’April. Billi nagħmlu dan, se nuru li nħossuna bħas-​salmista li kanta: “Ħobbu l-​Mulej, ħbieb tiegħu kollha.”​—Salm 31:24 (31:​23, New World Translation).

3 Għin lil Oħrajn Jikbru fl-​Imħabba għal Alla: L-​imħabba għal Alla tqanqalna wkoll biex nistiednu oħrajn ħalli josservaw il-​kommemorazzjoni magħna. L-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar inkuraġġixxa lil kull wieħed minna biex nagħmlu lista taʼ dawk li bi ħsiebna nistiednu għat-​Tifkira. Qiegħed int tkompli tistieden lil dawk li għandek imniżżlin fil-​lista tiegħek? Ħu l-​ħin biex tispjegalhom is-​sinifikat taʼ l-​okkażjoni. Erġaʼ fakkarhom bil-​ħlewwa kollha fil-​ġurnata u l-​ħin tat-​Tifkira, u jekk ikun hemm bżonn offrilhom biex twassalhom għax dan għandu mnejn jinkuraġġihom biex jattendu.

4 Meta tattendi l-​osservanza, agħmel sforz speċjali biex tilqaʼ lil dawk li aċċettaw l-​istedina tagħna, u għinhom ħalli jħossuhom komdi. Kif tistaʼ tgħinhom jikbru fl-​imħabba tagħhom għal Jehovah? Kun lest li twieġeb il-​mistoqsijiet li jistaʼ jkollhom. Kun preparat biex toffri studju tal-​Bibbja jekk ikun xieraq. Stidinhom biex jattendu l-​laqgħat tagħna tal-​kongregazzjoni taʼ kull ġimgħa. B’mod speċjali l-​anzjani jkunu jixtiequ jagħtu attenzjoni lil Kristjani inattivi li jkunu preżenti. Jistgħu jagħmlu arranġamenti biex iżuru lil uħud bħal dawn u jinkuraġġuhom jerġgħu jibdew l-​attività tagħhom, forsi billi jkomplu jiżviluppaw xi ideat preżentati fit-​taħdita tat-​Tifkira.​—Rum. 5:​6-8.

5 Inkabbru l-​Imħabba Tagħna Stess għal Jehovah: Meta nirriflettu fuq l-​għotja tal-​fidwa nkunu nistgħu nkabbru l-​imħabba tagħna għal Jehovah u għal Ibnu. (2 Kor. 5:​14, 15) Waħda li ilha tattendi għat-​Tifkira għal ħafna żmien qalet: “Aħna nħarsu ’l quddiem għat-​Tifkira. Kull sena ssir iktar speċjali għalina. Xi 20 sena ilu, niftakarni bil-​wieqfa fis-​sala mortwarja nħares lejn l-​għażiż missieri u nħoss apprezzament mill-​fond taʼ qalbi iktar minn qatt qabel għall-​fidwa. Qabel, din kienet biss suġġett li kont naf dwaru. Kont naf l-​iskritturi kollha u anki nispjegahom! Imma kien biss meta ħassejt ir-​realtà kiefra tal-​mewt li qalbi tant ferħet minħabba dak li se jsir għalina permezz taʼ dik il-​fidwa tant prezzjuża.”​—Ġw. 5:​28, 29.

6 Hekk kif toqrob id-​data taʼ l-​osservanza taʼ din is-​sena, ħu l-​ħin biex tipprepara lil qalbek għal din l-​okkażjoni. (2 Kron. 19:3) Immedita fuq il-​qari tal-​Bibbja speċjali għat-​Tifkira, li jidher fil-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2004 u l-​kalendarju tax-​Xhieda taʼ Jehovah għall-​2004. Hemm min jieħu pjaċir jirrivedi kapitli 112-16 tal-​ktieb L-​Aqwa Bniedem waqt l-​istudju tal-​familja. Xi wħud jagħmlu iktar riċerki billi jużaw għajnuniet oħrajn għall-​istudju provduti permezz tal-​klassi taʼ l-​ilsir leali u diskret. (Mt. 24:​45-​47) Ilkoll kemm aħna nistgħu nitolbu minn qalbna dwar l-​għotja tal-​fidwa. (Salm 50:​14, 23) Iva, matul dan iż-​żmien tat-​Tifkira, jalla nirriflettu kontinwament fuq l-​imħabba taʼ Jehovah għalina u nfittxu modi kif nuru l-​imħabba tagħna għalih.​—Mk. 12:30; 1 Ġw. 4:​10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja