LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/04 p. 5
  • Ikel Spiritwali fiż-Żmien Xieraq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikel Spiritwali fiż-Żmien Xieraq
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera tal-Paċi Divina” Għall-1996
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ġeħova Jlaqqaʼ l-Poplu Hieni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” għall-1999
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Konvenzjoni Distrettwali “Fidi Fil-Kelma T’Alla” Għall-1997
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 7/04 p. 5

Ikel Spiritwali fiż-​Żmien Xieraq

1 “U nsejjaħ lill-​qamħ u nkattru, u ma nibagħtilkomx aktar il-​ġuħ.” (Eżek. 36:29) Dawk il-​kelmiet profetiċi japplikaw għall-​poplu t’Alla llum. B’mod figurattiv, Jehovah ġiegħel li l-​qamħ li jsostni l-​ħajja jikber b’abbundanza kbira għall-​poplu tiegħu. L-​ikel spiritwali fiż-​żmien xieraq li hu jipprovdilna permezz tal-​konvenzjonijiet distrettwali juri dan b’mod ċar.

2 F’konvenzjoni li nżammet f’Columbus, Ohio fl-​1931, Jehovah idderieġa lill-​aduraturi tiegħu biex jadottaw isem ġdid—Xhieda taʼ Jehovah. (Is. 43:​10-12) Fl-​1935, ġiet identifikata b’mod korrett il-​kotra kbira msemmija f’​Apokalissi 7:9-17. Fl-​1942, Ħuna Knorr ta taħdita intitolata “Il-​Paċi—Tistaʼ Tibqaʼ għal Dejjem?” Dik it-​taħdita tat spinta lix-​xogħol taʼ l-​ippridkar madwar id-​dinja u wasslet biex tiġi fformata l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Għalkemm xi konvenzjonijiet huma memorabbli b’mod partikulari, kull waħda minnhom tat prova li kienet mejda mimlija b’ikel spiritwali nutrittiv mogħti fiż-​żmien xieraq.—Salm 23:5; Mt. 24:​45, NW.

3 Kemm Qiegħed Tiekol Sew? Għalkemm inkunu mdawrin bl-​ikel xorta waħda nistgħu nkunu dgħajfin jekk ma nagħmlux sforz biex nieklu. (Prov. 26:15) Dan japplika wkoll f’sens spiritwali. F’xi konvenzjonijiet, ġie osservat li ħafna kienu qed jippassiġġaw bla bżonn jew ipaċpċu waqt il-​programm. Filwaqt li s-​sħubija inkuraġġanti hija aspett importanti fil-​konvenzjoni, il-​ħin xieraq għal dan huwa qabel u wara kull sessjoni. (Koħ. 3:​1, 7) Jekk ma nkunux bil-​qiegħda f’postna fil-​ħin għandu mnejn nitilfu xi punt importanti. L-​indokraturi tad-​diversi dipartimenti tal-​konvenzjoni u l-​aħwa rġiel li jkollhom xi inkarigu kultant iħossu l-​bżonn li jiddiskutu xi affarijiet tal-​konvenzjoni waqt li tkun għaddejja s-​sessjoni. Imma l-​bqija, huma għandhom jagħtu eżempju billi huma stess joqogħdu attenti għall-​programm. Ħadd minna m’għandu jitlef mill-​ikel spiritwali provdut lilna.—1 Kor. 10:12; Flp. 2:12.

4 Kemm għandna għax nifirħu bil-​veritajiet spiritwali abbundanti li Jehovah jipprovdilna, meta nqabbluhom mad-​duttrini foloz tal-​Kristjaneżmu li huma bla sustanza taʼ xejn! (Is. 65:​13, 14) Mod wieħed kif ‘nuru li aħna grati’ hu billi nqisu l-​konvenzjoni bħala opportunità biex niġu mgħallmin minn Jehovah. (Kol. 3:​15, NW) Toqgħodx tikkonċentra fuq min ikun qed jagħti t-​taħdita, imma minflok qis il-​messaġġ bħala li ġej mingħand l-​“Istruttur Grandjuż” tagħna. (Is. 30:​20, 21, NW; Is. 54:13) Agħti attenzjoni sħiħa. Ħu noti qosra tal-​punti prinċipali. Irrivedi l-​punti prinċipali tal-​programm kull fil-​għaxija. Applika dak li titgħallem.

5 Kull konvenzjoni li jkollna qabel Armageddon, kemm jekk din tinżamm f’kamp tar-​refuġjati, kemm jekk f’pajjiż mifni bil-​gwerra, u kemm jekk f’xi post iktar trankwill, hija rebħa kontra Satana! Bħala fratellanza magħquda, aħna ngħożżu l-​opportunitajiet li għandna sabiex ninġabru flimkien għall-​konvenzjonijiet distrettwali. (Eżek. 36:38) Nistgħu nibqgħu ċerti li għal darb’oħra Jehovah se jipprovdilna “ikel fiż-​żmien xieraq.”—Lq. 12:​42, NW.

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

1. Eżekjel 36:29 kif qiegħed jitwettaq illum?

2. Jehovah kif uża l-​konvenzjonijiet distrettwali sabiex jagħti l-​ikel spiritwali fiż-​żmien xieraq?

3. Xi rridu nagħmlu sabiex inkunu nistgħu nibbenefikaw mill-​pranzu spiritwali fil-​konvenzjoni distrettwali tagħna?

4. Kif nistgħu nuru li aħna grati għal dak li Jehovah jipprovdi b’abbundanza?

5. Liema raġunijiet biex nifirħu jagħtuna l-​konvenzjonijiet distrettwali? (km-E 4/04)

[Kaxxa f’paġna 5]

Uri Apprezzament għall-​Mejda taʼ Jehovah

◼ Agħti attenzjoni sħiħa

◼ Ħu nota tal-​punti importanti

◼ Irrivedi l-​punti prinċipali kull fil-​għaxija

◼ Applika dak li titgħallem

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja