LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/04 p. 4
  • Agħmel Użu Tajjeb mill-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħmel Użu Tajjeb mill-Bibbja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • “Il-kelma t’Alla hi . . . qawwija”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Qiegħed Twettaq il-Ministeru Tiegħek bir-Reqqa?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tielet Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 9/04 p. 4

Agħmel Użu Tajjeb mill-​Bibbja

1. X’tistaʼ tagħmel bħala preparazzjoni għall-​ministeru taʼ lgħalqa?

1 Tkun xi tkun il-​letteratura li nippjanaw li noffru fil-​ministeru, ikun taʼ benefiċċju li nagħżlu skrittura li tqanqal il-​ħsieb biex naqrawha lil dawk li jisimgħuna. (Lhud 4:​12) Jekk tagħżel skrittura li tinsab fil-​pubblikazzjoni li tkun se toffri, dan jistaʼ jgħinek tgħaddi għall-​pubblikazzjoni b’mod effettiv. F’xi postijiet, il-​pubblikaturi sabuh taʼ benefiċċju li jżommu l-​Bibbja f’idejhom meta jkellmu lil xi ħadd fit-​triq jew meta jkunu qed jaħdmu minn bieb għal bieb.

2. (a) Kif nistgħu nibdew il-​preżentazzjoni tagħna bi skrittura? (b) Liema suġġetti Skritturali jinteressaw lin-​nies fit-​territorju?

2 Ibda bi Skrittura: Xi pubblikaturi jibdew il-​preżentazzjoni tagħhom billi jistaqsu lill-​inkwilin mistoqsija sempliċi li titlob l-​opinjoni tiegħu dwar test Bibliku u mbagħad jaqrawlu l-​vers. Dan malajr jidderieġi l-​attenzjoni lejn il-​Kelma t’Alla. Taħseb li dawn l-​introduzzjonijiet li ġejjin ikunu effettivi fit-​territorju tiegħek?

◼ “Li kieku kellek is-​setgħa, kont tagħmilhom dawn il-​bidliet?” Aqra Apokalissi 21:4.

◼ “Għala qed ngħixu fi żminijiet daqstant ebsin?” Aqra t-​2 Timotju 3:​1-5.

◼ “Taħseb li l-​komunità tagħna tkun post aħjar jekk kulħadd isegwi dan il-​parir?” Aqra Mattew 7:​12.

◼ “Taħseb li t-​tfal tiegħek se jkunu jistgħu jgawdu l-​kundizzjonijiet imniżżlin hawnhekk?” Aqra Salm 37:​10, 11.

◼ “Taħseb li xi darba tasal il-​ġurnata li dan il-​kliem jitwettaq?” Aqra Isaija 33:24.

◼ “Familjari int mal-​bidla fil-​gvern li tissemma hawnhekk?” Aqra Danjel 2:​44.

◼ “Qatt xtaqt tistaqsi lil Alla din il-​mistoqsija?” Aqra Ġob 21:7.

◼ “Huwa possibbli li nerġgħu naraw il-​maħbubin tagħna li mietu?” Aqra Ġwanni 5:​28, 29.

◼ “Il-​mejtin jafu x’inhuma jagħmlu l-​ħajjin?” Aqra Koħèlet 9:5.

3. Kif nistgħu ngħinu lin-​nies jifhmu t-​testi Bibliċi li naqrawlhom?

3 Spjegazzjoni, Tixbiha, u Applikazzjoni: Meta individwu jkun lest li joqgħod jitkellem, tgħaġġilx fid-​diskussjoni. Ħu l-​ħin biex tispjega, tagħti tixbiha, u tapplika l-​iskrittura li taqra sabiex il-​persuna tifhimha. (Neħ. 8:8) Meta n-​nies jifhmu u jaċċettaw dak li tgħallem il-​Kelma t’Alla, dan jistaʼ jġib bidliet kbar f’ħajjithom.​—1 Tess. 2:​13.

4. Kif nistgħu nagħmlu użu tajjeb mill-​Bibbja meta nagħmlu żżjajjar lura?

4 Kompli agħmel użu tajjeb mill-​Bibbja hekk kif tikkultiva l-​interess. Tistaʼ tuża dan l-​istess metodu meta tagħmel żjajjar lura: (1) Agħżel skrittura addattata. (2) Qajjem mistoqsija sempliċi li titlob l-​opinjoni tiegħu dwar l-​iskrittura. Imbagħad aqraha. (3) Spjegaha, agħti tixbiha, u applikaha. Kull darba li tmur, stinka biex iżżid maʼ l-​għarfien tal-​persuna dwar il-​Kelma t’Alla. Forsi dalwaqt tkun qed tikkonduċi studju tal-​Bibbja!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja