Kont Xi Darba Pijunier Regulari?
1. Xi privileġġ gawdew ħafna nies, imma x’kellhom jagħmlu xi wħud minn dawn?
1 Matul is-snin, eluf taʼ nies gawdew il-privileġġ li “jgħallmu u jxandru . . . l-aħbar tajba” bħala ministri full-time. (Atti 5:42) Madanakollu, xi wħud minnhom kellhom jieqfu mix-xogħol taʼ pijunier għal diversi raġunijiet. Jekk xi darba kont pijunier regulari, eżaminajt iċ-ċirkustanzi preżenti tiegħek biex tara jekk tistax terġaʼ tibda taqdi bħala tali?
2. Dawk li qdew bħala pijunieri fil-passat għala għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi preżenti tagħhom?
2 Iċ-Ċirkustanzi Jinbidlu: Jistaʼ jkun li s-sitwazzjoni li ġegħlitek tieqaf mix-xogħol taʼ pijunier m’għadhiex hemm. Pereżempju, jekk waqaft milli taqdi bħala pijunier għax ma stajtx tilħaq il-ħtieġa taʼ 90 siegħa fix-xahar, tistaʼ terġaʼ tibda taqdi issa li l-ħtieġa tniżżlet għal 70 siegħa? Tnaqqsu l-bżonnijiet tal-impjieg jew ir-responsabbiltajiet tal-familja tiegħek minn meta waqaft taqdi bħala pijunier? Oħt li waqfet minn dan ix-xogħol minħabba raġunijiet taʼ saħħa setgħet terġaʼ tibdieh meta kellha 89 sena. Kienet ilha ma tidħol l-isptar għal iktar minn sena u ħasset li saħħitha kienet tippermettilha terġaʼ taqdi bħala pijuniera!
3. Il-membri tal-familja kif jistgħu jikkooperaw biex jgħinu lil xi ħadd fil-familja tagħhom ħalli jkun pijunier?
3 Forsi qatt ma qdejt bħala pijunier, imma xi ħadd fil-familja tiegħek waqaf minn dan ix-xogħol biex jieħu ħsieb membru tal-familja, bħal ġenitur imdaħħal fiż-żmien. (1 Tim. 5:4, 8) Jekk inhu hekk, tistaʼ int jew oħrajn fil-familja tagħtu iktar daqqa t’id? Għala ma tiddiskutux dan flimkien? (Prov. 15:22) Meta l-membri tal-familja jikkooperaw sabiex wieħed minnhom ikun jistaʼ jkun pijunier, ilkoll kemm huma bir-raġun jistgħu jħossu li qed jagħtu s-sehem tagħhom.
4. Xi ngħidu jekk ma tistax terġaʼ tibda taqdi bħala pijunier bħalissa?
4 Taqtax qalbek jekk iċ-ċirkustanzi preżenti tiegħek ma jippermettulekx terġaʼ tibda taqdi bħala pijunier. Ix-xewqa tiegħek biex tagħmel dan togħġob lil Ġeħova. (2 Kor. 8:12) Uża l-abbiltajiet li ksibt bħala pijunier fil-ministeru li tagħmel bħalissa. Itlob dwar ix-xewqa tiegħek, u oqgħod għassa għal opportunitajiet biex taġġusta ċ-ċirkustanzi tiegħek. (1 Ġw. 5:14) Forsi maż-żmien, Ġeħova se jiftaħlek “bieb kbir għax-xogħol” ħalli tkun tistaʼ terġaʼ tesperjenza l-ferħ li jiġi milli taqdi bħala pijunier regulari!—1 Kor. 16:9.