Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex nibdew studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt f’Lulju
“Hemm opinjonijiet differenti dwar Ġesù. Tqisu int bħala l-Iben t’Alla jew sempliċement bħala raġel tajjeb?” [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan il-vers jagħti t-tweġiba. Aqra Ġwanni 1:14. Imbagħad lill-inkwilin agħtih kopja tal-ħarġa tat-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru u aqra u ddiskuti flimkien il-materjal taħt l-ewwel sottitlu f’paġna 16. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura u tikkunsidra t-tweġiba għall-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
Aqra Salm 37:10, 11. Imbagħad għid: “Taħseb li se narawha titwettaq dalwaqt din il-wegħda? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti sitt profeziji Bibliċi differenti li qed narawhom jitwettqu issa stess, profeziji li jindikaw li r-realtà taʼ din il-wegħda ma tistax tkun ’il bogħod.”
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ladarba ħafna qed jissieltu mal-mard, qed naqsmu dan il-vers inkuraġġanti. [Aqra Isaija 33:24.] Meta dan jitwettaq, kif taħseb li se tkun differenti l-ħajja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Sakemm Alla jġib din il-bidla, hemm passi bażiċi li lkoll nistgħu nieħdu biex intejbu saħħitna. Din ir-rivista tispjega.”