Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Lulju
“Ħaġa li għandna komuni hi li lkoll niżbaljaw. Qatt ħsibt dwar jekk Alla jistax jaħfer anke għemil tassew mill-agħar?” [Agħti ċans għal tweġiba.] Uri l-artiklu f’paġna 15 tat-Torri tal-Għassa taʼ Lulju-Awwissu, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
Nota: Din it-turija għandha ssir matul il-laqgħa għas-servizz tal-għalqa fis-6 taʼ Lulju.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Awwissu
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek fuq dan il-kliem. [Aqra l-1 Ġwanni 4:8.] Ħafna wħud jaqblu maʼ dan il-kliem, imma oħrajn jaħsbu li Alla hu kattiv għax jikkaġuna, jew għall-inqas jippermetti, id-diżastri naturali. Int x’jidhirlek dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti raġunijiet loġiċi għala m’għandniex niġġudikaw lil Alla b’mod ħażin u ngħidu li hu kattiv.”
Stenbah! Lulju-Awwissu
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek fuq xi ħaġa. Hu naturali li nkunu nixtiequ ħajja aħjar. Taħseb li nistgħu niksbu dan billi nixtru iktar affarijiet materjali? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota din l-istqarrija profonda taʼ Ġesù. [Aqra Luqa 12:15.] Din ir-rivista tippreżenta ħarsa bilanċjata lejn l-affarijiet materjali u toffri suġġerimenti li jgħinuna nikkontrollaw kemm nonfqu.”
Aħbar Tajba Mingħand Alla
“Qed inżuru l-familji fit-triq tiegħek biex naqsmu ħsieb inkuraġġanti mill-Bibbja. Ħafna wħud li tkellimna magħhom jaħsbu dwar għala Alla taʼ mħabba jippermetti tant tbatija fid-dinja. Taħseb li t-tbatija kienet parti mill-iskop oriġinali t’Alla għall-art?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad dur għal lezzjoni 5, u aqra u ddiskuti l-ewwel żewġ paragrafi u l-iskritturi miktubin bil-korsiv. Offri l-browxer, u agħmel arranġamenti biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija b’tipa grassa li jmiss.