Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Mejju
“Il-magħmudija hi komuni fost ħafna Kristjani. Ġieli ħsibt għala tgħammed Ġesù? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu fih xi punti interessanti.” Agħti lill-inkwilin it-Torri tal-Għassa taʼ April-Ġunju, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt it-tieni sottitlu f’paġna 16 u minn tal-inqas aqra waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti u ftiehem biex tmur lura u tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa April-Ġunju
“X’taħseb li nistgħu nitgħallmu minn Ġużeppi, il-missier adottiv taʼ Ġesù? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota xi tgħid il-Bibbja dwar dak li għamel Ġużeppi biex jipproteġi lil Ġesù. [Aqra Mattew 2:13] Dan l-artiklu f’din ir-rivista jispjega l-ħajja taʼ Ġużeppi u x’nistgħu nitgħallmu minnha.” Uri l-artiklu f’paġna 23.
Stenbaħ! April-Ġunju
“Innotajt kemm sar iktar diffiċli biex in-nies jaħdmu flimkien fil-paċi? Għala taħseb li qed jiġri dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dak li tgħid il-Bibbja dwar għala kultant hu diffiċli biex tagħmel paċi m’oħrajn. [Aqra Rumani 3:23.] Din ir-rivista tiddiskuti xi passi li nistgħu nieħdu biex nagħmlu paċi m’oħrajn.” Uri l-artiklu f’paġna 10.