Mod Tajjeb Kif Ingawdu l-Għanjiet tas-Saltna
Il-qaddejja t’Alla jqisu l-mużika bħala li hi għotja sabiħa mingħand Ġeħova. (Ġak. 1:17) Ħafna kongregazzjonijiet jieħdu pjaċir idoqqu l-għanjiet tas-Saltna qabel u wara l-laqgħat tal-kongregazzjoni tagħhom. Il-mużika teokratika li tindaqq qabel il-laqgħat tirrilassana. Tgħinna nkunu preparati mentalment għall-qima. Barra minn dan, meta nisimgħu l-għanjiet ġodda mill-ktieb tal-għanjiet tagħna nsiru familjari mal-melodiji u niġu megħjunin biex inkantaw l-għanjiet kif suppost. Mużika bħal din li tindaqq wara l-laqgħa tgħin biex tinżamm atmosfera inkuraġġanti li fiha nistgħu ngawdu sħubija li tibni. Għalhekk, il-ġemgħat tal-anzjani għandhom jagħmlu arranġamenti meħtiġin biex tindaqq mużika mis-CD Sing to Jehovah—Piano Accompaniment qabel u wara l-laqgħa. Għandhom jagħmlu ċert li l-volum ikun raġunevoli u ma jagħmilhiex diffiċli biex kulħadd ikun jistaʼ jitkellem.