Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
Għall-kampanja tal-invit għat-Tifkira
“Qed inqassmu invit għal ġrajja importanti ħafna. Fl-14 t’April, miljuni taʼ nies madwar id-dinja se jinġabru flimkien biex jonoraw il-mewt taʼ Ġesù Kristu. Ukoll, se jkun hemm taħdita Biblika b’xejn dwar kif nibbenefikaw mill-mewt tiegħu. Dan l-invit juri l-post u l-ħin tal-laqgħa li se ssir f’dawn l-inħawi.”
It-Torri tal-Għassa 1 t’April
“Mhux ħa niħodlok ħafna ħin. Qed inżuru lin-nies biex nitkellmu dwar xi ħaġa li ħafna nies għandhom komuni. Kważi kulħadd talab xi darba jew oħra, hi x’inhi r-reliġjon tiegħu. Taħseb li Alla jwieġeb it-talb tagħna? Jew taħseb li nitolbu sempliċement biex inħossuna aħjar dwar il-problemi tagħna? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’tgħid il-Bibbja dwar it-talb. [Aqra l-1 Ġwanni 5:14.] Din ir-rivista tispjega kif it-talb hu taʼ ġid għalina.”
Stenbaħ! April
“Illum konna qed nitkellmu dwar problema li qed issir iktar komuni. Xi nies tant iħossuhom bla tama f’ħajjithom li ħasbu dwar li jagħmlu suwiċidju. Meta xi ħadd ikun daqshekk imnikket, taħseb li tassew jixtieq imut, jew taħseb li kulma jrid hu li jinħeles mit-tbatija li għaddej minnha? [Agħti ċans għal tweġiba.] Nixtieq nurik wegħda mill-Bibbja li għenet lil ħafna nies biex iżommu ħarsa pożittiva. [Aqra Rivelazzjoni 21:3, 4.] Din ir-rivista titkellem dwar tliet raġunijiet tajbin biex dak li jkun jibqaʼ jgħix minkejja l-problemi li jkun qed iġarrab.”