Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Għall-Kampanja tal-Inviti għat-Tifkira
“Illum ġejna nagħtu lill-familja tiegħek dan l-invit għal osservanza annwali importanti li se ssir madwar id-dinja kollha fis-26 taʼ Marzu, jiġifieri, l-anniversarju tal-mewt taʼ Ġesù. Se tingħata taħdita bla ħlas ibbażata fuq il-Bibbja li tispjega kif il-mewt tiegħu tgħinna. Dan l-invit juri l-indirizz u l-ħin tal-laqgħa li se tinżamm fil-lokalità tagħna.”
It-Torri tal-Għassa Marzu-April
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek dwar xi ħadd li hu rispettat ferm mill-Kristjani, mil-Lhud, kif ukoll mill-Musulmani. Qed nitkellmu dwar Mosè. X’inhi l-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok meta tismaʼ ismu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Għalkemm għamel xi żbalji, huwa interessanti kif il-Bibbja tiddeskrivi lil Mosè. [Aqra Dewteronomju 34:10-12.] Din ir-rivista tikkunsidra tlieta mill-kwalitajiet tajbin tiegħu u kif nistgħu nimitawh.”
Stenbah! Marzu-April
“Huwa komuni llum il-ġurnata li n-nies jemigraw lejn pajjiż ieħor biex isibu ħajja aħjar. Taħseb li dejjem isibu dak li jixtiequ? [Agħti ċans għal tweġiba.] L-emigrazzjoni mhix xi ħaġa ġdida. Innota dan l-eżempju fl-ewwel ktieb tal-Bibbja. [Aqra Ġenesi 46:5, 6.] Din ir-rivista teżamina dawn il-mistoqsijiet.” Uri lill-inkwilin il-mistoqsijiet fi tmiem taʼ paġna 6.