Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
Għall-kampanja bl-invit għat-Tifkira
“Qed inqassmu dan l-invit għal laqgħa importanti ħafna. Fit-3 tʼApril, miljuni madwar id-dinja kollha se jinġabru biex ifakkru l-mewt taʼ Ġesù Kristu u biex jisimgħu taħdita bla ħlas dwar kif nibbenefikaw mill-mewt tiegħu. Din l-istedina turi l-ħin u l-post tal-laqgħa li se ssir fl-inħawi tagħna.”
It-Torri tal-Għassa Marzu-April
“It-tifkira tal-mewt taʼ Ġesù Kristu se tkun fit-3 t’April. Xi wħud mill-inħawi tagħna se jiltaqgħu dakinhar biex ifakkru din l-okkażjoni, imma hemm oħrajn li ma jaħsbux li l-mewt taʼ Ġesù kienet sinifikanti. X’inhi l-opinjoni tiegħek? Taħseb li l-mewt u l-irxoxt taʼ Ġesù huma taʼ benefiċċju għalina? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Kelma t’Alla dwar dan. [Aqra l-1 Korintin 15:22, 26.] Din ir-rivista tiddiskuti benefiċċju li se niksbu fil-futur permezz tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa—jiġifieri li fuq l-art xi darba ħadd mhu se jmut.”
Stenbaħ! Marzu-April
“Mhux se niħodlok ħafna ħin. Qed nuru lin-nies l-aħħar ħarġa taʼ Stenbaħ! Din tikkunsidra t-tweġiba għal mistoqsija li tqanqal interess. [Uri l-qoxra.] Nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar l-eżempju msemmi f’din ir-rivista. [Aqra Proverbji 29:11.] Taħseb li dan il-prinċipju Bibliku jgħodd għal żmienna? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti erbaʼ prinċipji Bibliċi u tispjega kif nistgħu nibbenefikaw billi napplikawhom.”