Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwieġbu lil inkwilin irritat
Għala hu importanti: Ħafna nies li niltaqgħu magħhom fil-ministeru juru manjieri tajbin. Però, Ġesù pprofetizza li xi nies kienu se jobogħduna. (Ġw. 17:14) Għalhekk, m’għandniex niħduha bi kbira meta niltaqgħu maʼ xi inkwilin irritat. Meta jiġri dan, aħna rridu nwieġbu b’tali mod li nogħġbu lil dak li nirrappreżentaw, Ġeħova. (Rum. 12:17-21; 1 Pt. 3:15) Billi nagħmlu hekk, x’aktarx se nevitaw li s-sitwazzjoni tmur minn ħażin għall-agħar. Ukoll, dan se jagħti xhieda tajba lill-inkwilin u lil kull min ikun qed jarana, u b’hekk dawn ikunu iktar lesti li jisimgħu meta x-Xhieda taʼ Ġeħova jerġgħu jżuruh.—2 Kor. 6:3.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Agħmel sessjonijiet taʼ prattika matul il-qima bħala familja.
Wara li titlaq minn ħdejn inkwilin irritat, iddiskuti maʼ dak li tkun qed taħdem miegħu kif forsi stajt twieġeb aħjar.