Għala għandna nitilqu minnufih?
Meta niltaqgħu għas-servizz tal-għalqa, inkunu fost ħutna u jkun normali li nkunu rridu nitkellmu magħhom. Però, ladarba l-laqgħa tispiċċa, għandna mmorru fit-territorju minnufih. L-ippritkar tagħna hu urġenti. (2 Tim. 4:2) Iktar kemm niħduha bil-lajma, inqas se jkollna ħin għall-ministeru. Aħna se jkollna opportunità biex nieħdu pjaċir b’assoċjazzjoni bnina mal-pubblikaturi sħabna hekk kif naħdmu magħhom fil-ministeru. Meta mmorru fit-territorju mingħajr dewmien, inkunu qed nuru kemm aħna beżlin hekk kif nitjassru għal Ġeħova u Ibnu.—Rum. 12:11.