Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħtu xhieda permezz tal-interkom
Għala hu importanti: Għandu mnejn li nżommu lura meta niġu biex nagħtu xhieda permezz tal-interkom. Kif nistgħu ma nħallux din l-isfida tnaqqsilna ż-żelu għal għemejjel tajbin? Żommu f’moħħkom li xhieda permezz tal-interkom tistaʼ tkun l-uniku mezz li bih nistgħu nwasslu l-aħbar tajba lil ċerti nies. (Rum. 10:14) L-esperjenza wriet li tistaʼ tingħata xhieda effettiva permezz tal-interkom. (Ara t-2011 Yearbook, pp. 65-66, u t-2000 Yearbook, p. 54, para. 3.) Ikkunsidra s-suġġerimenti li ġejjin.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Matul il-qima bħala familja agħmel sessjonijiet taʼ prattika li fihom il-parteċipanti ma jħarsux lejn xulxin.