GĦIX BĦALA KRISTJAN
Tfakkiriet għall-konvenzjoni
Bħal drabi oħra, irridu niġu ggwidati mill-imħabba għal Alla u oħrajn matul l-istaġun tal-konvenzjoni. (Mt 22:37-39) L-iskrittura tal-1 Korintin 13:4-8 tiddeskrivi l-imħabba fl-azzjoni: “L-imħabba tistabar fit-tul u qalbha tajba. . . . Ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti, ma tfittixx l-interessi tagħha, ma tiġix provokata. . . . L-imħabba ma tbatti qatt.” Hekk kif naraw il-vidjow Tfakkiriet għall-konvenzjoni, ejja naħsbu dwar modi kif nistgħu nuru mħabba għal oħrajn waqt il-konvenzjoni.
KIF NISTGĦU NURU MĦABBA. . .
meta nżommu l-postijiet?
meta jkun se jibda l-programm mużikali?
meta nkunu qed noqogħdu f’xi lukanda fi żmien il-konvenzjoni?
billi noffru ruħna biex ngħinu?