LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb16 Settembru p. 8
  • Evita dawn in-​nases meta tikkonduċi studju tal-​Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Evita dawn in-​nases meta tikkonduċi studju tal-​Bibbja
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Materjal Simili
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Għallem b’Mod Sempliċi
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Nikkonduċu Studji tal-Bibbja Progressivi—It-Tieni Parti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
mwb16 Settembru p. 8

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Evita dawn in-​nases meta tikkonduċi studju tal-​Bibbja

Edizzjoni Stampata
Ħu jgħid wisq lill-istudent tiegħu

Titkellem wisq: M’għandekx tħoss li għandek tispjega kollox. Ġesù uża mistoqsijiet biex jgħin lin-​nies jaħsbu u jaslu għall-​konklużjoni t-​tajba. (Mt 17:24-​27) Il-​mistoqsijiet jistgħu jagħmlu l-​istudju ħaj u jgħinek issir taf x’qed jifhem u jemmen l-​istudent tiegħek. (be 253 ¶3-​4) Meta tistaqsi mistoqsija, kun paċenzjuż u stenna t-​tweġiba. Jekk l-​istudent iwieġeb b’mod żbaljat, minflok ma tgħidlu t-​tweġiba t-​tajba, wasslu għall-​konklużjoni t-​tajba billi tistaqsi iktar mistoqsijiet. (be 238 ¶1-​2) Tkellem b’tali mod li l-​istudent tagħtih ċans jifhem affarijiet ġodda.—be 230 ¶4.

Ħafna dettalji komplikati għala nixjieħu

Tikkomplika l-​istudju: Evita t-​tentazzjoni li tgħid lill-​istudent kulma taf dwar is-​suġġett. (Ġw 16:12) Iffoka fuq il-​punt prinċipali tal-​paragrafu. (be 226 ¶4-​5) Dettalji, anki jekk ikunu interessanti, jistgħu jtellfu l-​punti prinċipali. (be 235 ¶3) Meta l-​istudent jifhem il-​punt prinċipali, għaddi għall-​paragrafu li jkun imiss.

Ħu jgħaddi wisq materjal u jfixkel lill-istudent

Sempliċement tgħaddi l-​materjal: L-​iskop tagħna hu li nilħqu l-​qalb u mhux li ngħaddu l-​materjal. (Lq 24:32) Uża l-​qawwa tal-​Kelma t’Alla billi tiffoka fuq l-​iskritturi prinċipali tal-​lezzjoni. (2Ko 10:4; Eb 4:12; be 144 ¶1-​3) Uża tixbihat sempliċi. (be 245 ¶2-​4) Aħseb dwar xi sfidi għandu u x’jemmen l-​istudent, u adatta l-​lezzjoni għalih. Staqsi mistoqsijiet bħal: “Kif tħossok dwar dak li qed titgħallem?” “Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova?” “Liema benefiċċji hemm jekk tapplika dan il-​parir?”—be 238 ¶3-​5; 259 ¶1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja