GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ħarriġhom biex jibqgħu jaqdu lil Ġeħova
L-esperjenza wriet li pubblikaturi ġodda li mill-ewwel jiġu mħarrġin biex ikollhom sehem regolari u b’mod żeluż fil-ministeru, ħafna drabi jsiru pubblikaturi effettivi. (Pr 22:6; Flp 3:16) Dawn huma xi ftit suġġerimenti kif tistaʼ tgħin student jiżviluppa bażi tajba għall-ministeru:
Malli l-istudent tiegħek jiġi approvat biex jaqdi bħala pubblikatur, ibda ħarrġu. (km 8/15 1) Enfasizza kemm hu importanti li jagħmel il-ministeru parti mir-rutina tiegħu taʼ kull ġimgħa. (Flp 1:10) Kun pożittiv meta titkellem dwar it-territorju. (Flp 4:8) Ħeġġu jaħdem maʼ min jieħu ħsieb il-grupp u maʼ pubblikaturi oħrajn biex jibbenefika mill-esperjenza tagħhom.—Pr 1:5; km 10/12 6 ¶3
Wara li l-istudent tiegħek jitgħammed, ibqaʼ ħarrġu u inkuraġġih fil-ministeru, speċjalment jekk ma jkunx għadu lesta l-ktieb “Fl-Imħabba t’Alla.”—km 12/13 7
Meta tkun qed taħdem fil-ministeru maʼ pubblikatur ġdid, uża preżentazzjoni sempliċi. Wara li tismaʼ l-preżentazzjoni tiegħu, faħħru mill-qalb. Agħtih suġġerimenti li se jgħinuh isir aktar effettiv.—km 5/10 7