TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 6-7
“Issa Tara X’Se Nagħmillu lill-Fargħun”
Qabel ma ġab il-kastigi fuq l-Eġittu u ħeles lill-Iżraelin mill-jasar, Ġeħova qal lill-Iżraelin x’kien se jagħmel dalwaqt. Huma kienu se jaraw il-qawwa taʼ Ġeħova b’modi li qatt ma kienu raw qabel, u l-Eġizzjani żgur li kienu se jkunu jafu min hu Ġeħova. Wara li seħħew il-wegħdi t’Alla, il-fidi tal-Iżraelin issaħħet, u dan għen biex jonqsu l-influwenzi tar-reliġjon falza li kienu mdawrin bihom fl-Eġittu.
Dan ir-rakkont tal-Bibbja kif jikkonvinċik iktar li dak kollu li Ġeħova wiegħed għall-futur se jseħħ?