Introduzzjoni
Tixtieq tgħix f’dinja mingħajr gwerer? Ħafna nies jixtiequ, però jaħsbu li dan hu impossibbli. Il-Bibbja tgħidilna għala l-bniedem ma jistax iwaqqaf il-gwerer. Tgħidilna wkoll għala nistgħu nkunu ċerti li hu possibbli li jkun hawn paċi madwar id-dinja kollha, u kif din dalwaqt se ssir realtà.
F’din ir-rivista, il-kelma “gwerra” tirreferi għall-ġlied bejn gruppi politiċi jew pajjiżi li huma armati u jridu jilħqu xi skop politiku. Xi ismijiet li ġew użati ġew mibdulin.