LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 60
  • Nixfa Kbira—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nixfa Kbira—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • In-nixfa u l-profeziji tal-Bibbja
  • Għala qed tiżdied in-nixfa
  • Hemm xi tama għall-futur?
  • 2022: Sena Mimlija Inkwiet—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Temperaturi Rekord Madwar id-Dinja—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Id-Dinja Qed Tinqered—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Gvernijiet Jistgħu Jaħdmu Flimkien Biex Isolvu l-Problema tal-Klima li Qed Teqred id-Dinja?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 60
Art niexfa li fadlilha biss pjanta waħda ħajja.

Brais Seara/Moment via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Nixfa Kbira—X’Tgħid il-Bibbja?

  • “Iċ-Ċina rrapportat ‘l-iktar heatwave qawwija’ u t-tielet l-iktar sajf niexef li qatt ġie rrekordjat.”—The Guardian, 7 taʼ Settembru, 2022.

  • “In-nixfa li qed tolqot partijiet tal-Afrika mistennija tkompli għall-ħames sena.”—UN News, 26 t’Awwissu, 2022.

  • “Iktar minn nofs l-Ewropa għaddejja minn xi tip taʼ nixfa, xi ħaġa li ilha ma tiġri 500 sena.”—BBC News, 23 t’Awwissu, 2022.

Ħafna esperti qed ibassru li nixfa bħal din se tkompli għaddejja u anke se tmur għall-agħar. Hemm xi tama li l-futur se jkun aħjar? Il-Bibbja x’tgħid?

In-nixfa u l-profeziji tal-Bibbja

Dwar żmienna l-Bibbja bassret:

  • “F’post wara l-ieħor ikun hemm . . . nuqqas taʼ ikel.”—Luqa 21:11.

In-nixfa spiss twassal għal nuqqas taʼ ikel. In-nuqqas taʼ ikel, u t-tbatija u l-imwiet minħabba n-nuqqas taʼ ikel, qed iwettqu l-profeziji tal-Bibbja.—Rivelazzjoni 6:6, 8.

Għala qed tiżdied in-nixfa

Il-Bibbja ssemmi raġuni bażika għala qed tiżdied in-nixfa. Hi tgħid:

  • “Triq il-bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.”—Ġeremija 10:23.

Dan ifisser li l-bnedmin ma jistgħux ‘jidderieġu l-passi tagħhom,’ jew imexxu lilhom nfushom b’suċċess. Ħafna drabi, id-deċiżjonijiet ħżiena li jieħdu jwasslu għal nixfa u nuqqas taʼ ilma.

  • Il-maġġoranza tax-xjentisti jaqblu li dak li għamel il-bniedem ikkaġuna l-global warming u minħabba f’hekk żdiedet in-nixfa madwar id-dinja.

  • Xi nies jaġixxu b’mod egoist u xi kultant dawk li jmexxu jieħdu deċiżjonijiet mingħajr ma jaħsbu fil-futur. Minħabba f’hekk qed jinqerdu l-foresti, qed tiżdied il-pollution, u r-riżorsi naturali mhumiex jintużawx bil-għaqal. Dan jistaʼ jwassal għal nuqqas kbir taʼ ilma.

Madankollu, il-Bibbja tgħid li hemm tama.

Hemm xi tama għall-futur?

Il-Bibbja twiegħed li Alla se jsolvi l-kriżi tan-nuqqas taʼ ilma. Kif?

  1. 1. Alla se ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-art.’ (Rivelazzjoni 11:18) Hu se jneħħi wieħed mir-raġunijiet għala hawn nuqqas taʼ ilma—in-nies ħżiena u egoisti, li b’dak li jagħmlu qed iħassru l-ambjent.—2 Timotju 3:1, 2.

  2. 2. “L-art imqaxqxa bis-sħana tkun saret bħal għadira mimlija qasab.” (Isaija 35:1, 6,  7) Alla se jneħħi l-ħsara li saret minħabba n-nixfa u se jbiddel din id-dinja f’ġenna taʼ l-art b’abbundanza taʼ ilma.

  3. 3. “Int tieħu ħsieb l-art; Għamiltha b’ħamrija tajba u tipproduċi b’abbundanza.” (Salm 65:9) Alla se jbierek l-art u se tkun mimlija b’ikel tajjeb u ilma nadif għal kulħadd.

Biex issir taf kif il-bidla fil-klima qed twettaq il-profeziji tal-Bibbja, aqra l-artiklu “Climate Change and Our Future—What the Bible Says.”

Biex issir taf iktar dwar it-tama li hemm fil-Bibbja għall-futur, aqra l-artiklu “Who Will Save the Earth?”

Biex tara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa mal-isfidi li jiġu minħabba t-temp estrem, aqra l-artiklu “Temp Estrem—Tistaʼ l-Bibbja Tgħinek Tkampa??”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja