LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 67
  • Kif Beda l-Halloween?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Beda l-Halloween?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • L-istorja u t-tradizzjonijiet tal-Halloween
  • Għandu jimpurtana mill-oriġini pagani tal-Halloween?
  • Il-Verità Dwar il-Halloween
    Stenbaħ!—2013
  • Il-Verità dwar iċ-Ċelebrazzjonijiet Popolari
    Stenbaħ!—2001
  • Iċ-Ċelebrazzjonijiet Popolari—Gost Iva, Ħsara Le?
    Stenbaħ!—2001
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 67
Tlett itfal lebsin il-kostumi tal-Halloween qegħdin bil-wieqfa quddiem bieb taʼ dar imżejna għall-Halloween.

Kif Beda l-Halloween?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja ma ssemmix il-Halloween, festa li ħafna jiċċelebraw kull sena fil-31 t’Ottubru. Madankollu, l-oriġini u t-tradizzjonijiet antiki tal-Halloween ma jaqblux maʼ dak li tgħallem il-Bibbja.

F’dan l-artiklu

  • L-istorja u t-tradizzjonijiet tal-Halloween

  • Għandu jimpurtana mill-oriġini pagani tal-Halloween?

  • Għala jissejjaħ Halloween?

L-istorja u t-tradizzjonijiet tal-Halloween

  • Samhain: L-oriġini tal-Halloween tmur lura għal din “il-festa pagana antika li kienu jiċċelebraw in-nies Ċeltiċi iktar minn 2,000 sena ilu,” tgħid The World Book Encyclopedia. “Iċ-Ċeltiċi kienu jemmnu li matul dan iż-żmien, il-mejtin setgħu jimxu fost in-nies ħajjin. Matul is-Samhain, il-ħajjin setgħu jiltaqgħu mal-mejtin.”—Ara “Għala jissejjaħ Halloween?”

  • Il-kostumi, il-ħelu, u t-trick or treat tal-Halloween: Skont sors wieħed, xi wħud miċ-Ċeltiċi kienu jilbsu kostumi tal-biżaʼ biex l-ispirti li jkunu qed iduru “jaħsbu li huma wieħed minnhom” u jħalluhom bi kwiethom. Oħrajn kienu joffru l-ħelu lill-ispirti biex dawn ma jagħmlux ħsara lin-nies.a

    Barmil oranġjo forma taʼ qargħa ħamra maqlub fuq mejda u bil-ħelu ħiereġ minnu.

    Fi żmien il-medju evu, il-qassisin Kattoliċi fl-Ewropa bdew jieħdu sehem fid-drawwiet tar-reliġjonijiet pagani li kien hemm madwarhom. Huma kienu jgħidu lill-membri tal-knisja tagħhom biex jilbsu l-kostumi u jmorru minn dar għal dar jitolbu rigali żgħar.

  • Fantażmi, vampiri, werewolves, sħaħar, u zombies: Dawn ilhom żmien twil jiġu assoċjati mal-ispirti ħżiena. Il-ktieb Halloween Trivia jirreferi għalihom bħala “monstri sopranaturali” u jgħid li dawn il-ħlejjaq “għandhom x’jaqsmu ħafna mal-mewt, il-mejtin, jew il-biżaʼ li tmut.”

  • Il-qargħa ħamra tal-Halloween: Fil-Brittanja, fi żmien il-medju evu, in-nies kienu “jmorru minn dar għal dar, u jgħidu lin-nies li jekk ituhom l-ikel, huma kienu se jgħidu talba għall-mejtin.” Magħhom kienu jieħdu “ġidra mħaffra b’xemgħa ġo fiha li kienet tirrappreżenta ruħ maqbuda fil-purgatorju.” (Halloween—From Pagan Ritual to Party Night) Xi sorsi jgħidu li dawn il-fanali magħmulin mill-ġdur kienu jintużaw biex ikeċċu l-ispirti ħżiena. Madwar mitejn sena ilu, fl-Amerika taʼ Fuq, minflok il-ġidra bdew jużaw il-qargħa ħamra għaliex kienet iktar komuni u kienet iktar faċli biex tħaffirha u tqattagħha.

Għandu jimpurtana mill-oriġini pagani tal-Halloween?

Iva. Xi nies jaħsbu li l-Halloween hija biss ċelebrazzjoni biex tieħu pjaċir u ma tagħmel ħsara lil ħadd. Imma l-affarijiet li jagħmlu n-nies biex jiċċelebraw il-Halloween imorru kontra dak li tgħid il-Bibbja. Il-Halloween huwa bbażat fuq twemmin falz dwar il-mejtin u l-ispirti inviżibbli, jew id-demonji.

Ara kif il-versi li ġejjin juru kif jaħsibha Alla dwar it-twemmin li għandu x’jaqsam mal-Halloween:

  • “Ma għandu jkun hemm ħadd f’nofsok min . . . jikkonsulta mal-ħares jew l-ispirti, jew min isejjaħ lill-mejtin.”—Dewteronomju 18:10-12, The Jerusalem Bible.

    Xi jfisser: Alla ma jridx li n-nies jagħmlu kuntatt mal-mejtin. Lanqas biss ma jrid li taparsi nikkuntattjaw lil dawk li mietu.

  • “Il-mejtin ma jafu assolutament xejn.”—Ekkleżjasti 9:5.

    Xi jfisser: Peress li l-mejtin mhumiex konxji, ma jistgħux jikkomunikaw mal-ħajjin.

  • “Tiħdux sehem mad-demonji. Ma tistgħux tixorbu mit-tazza tal-Mulej u t-tazza tad-demonji.”—1 Korintin 10:20, 21, New International Version.

    Xi jfisser: Dawk li jridu jogħġbu lil Alla jridu jevitaw kull kuntatt mad-demonji.

  • “[Żommu] sod kontra t-tnassis tax-Xitan; għax aħna ma nissarawx kontra d-demm u l-laħam, imma kontra . . . il-forzi taʼ l-ispirti mill-agħar fil-postijiet tas-sema.”—Efesin 6:11, 12.

    Xi jfisser: Il-Kristjani m’għandu jkollhom xejn x’jaqsmu mal-ispirti ħżiena, u m’għandhomx jaġixxu qisu qed jiċċelebraw magħhom.

a Ara l-ktieb Halloween: An American Holiday, an American History, paġna 4.

Għala jissejjaħ Halloween?

L-isem Halloween għandu x’jaqsam mal-festa pagana Ċeltika, is-Samhain. Il-World Book Encyclopedia jgħid: “Is-Samhain . . . ifisser it-tmiem tas-sajf. Il-festa kienet tiġi ċċelebrata meta kien jibda l-istaġun mudlam tax-xitwa, madwar l-1 taʼ Novembru. Bejn is-sena 700 u 900 wara Kristu (WK), il-knisja Kristjana għażlet dan il-jum biex tiċċelebra festa ġdida, Jum il-Qaddisin Kollha. Jum il-Qaddisin Kollha kien jissejjaħ ukoll All Hallows’. Hallow tfisser qaddis. Il-lejl taʼ qabel All Hallowsʼ kien magħruf bħala All Hallowsʼ Eve. Dan l-isem l-ewwel ġie mqassar għal All Hallow e’en u iktar tard għal Halloween.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja