LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 5/15 pp. 3-5
  • ‘L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda t’Alla’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda t’Alla’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “MORRU U AGĦMLU DIXXIPLI”
  • UŻA KULL OPPORTUNITÀ
  • KUN POŻITTIV
  • Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Iż-Żjajjar Lura Jwasslu għal Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Jinħtieġu—Iktar Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sib il-Ferħ fix-Xogħol taʼ li Tagħmel Dixxipli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 5/15 pp. 3-5
Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fil-​ministeru pubbliku

‘L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda t’Alla’

Int biex titgħaxxaq ħafna? B’xi aspett tar-​relazzjonijiet umani, bħaż-​żwieġ, it-​trobbija tal-​familja, jew l-​iżvilupp taʼ xi ħbiberija? X’aktarx li int tieħu pjaċir tiekol xi ikla mal-​maħbubin tiegħek. Iżda bħala qaddej taʼ Ġeħova, ma titgħaxxaqx speċjalment f’li tagħmel ir-​rieda t’Alla, tistudja l-​Kelma tiegħu, u tipprietka l-​aħbar tajba?

F’għanja li tfaħħar lill-​Ħallieq, is-​Sultan David taʼ Iżrael tal-​qedem kanta: “Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla tiegħi, u l-​liġi tiegħek qiegħda fil-​ġewwieni tiegħi.” (Salm 40:8) Minkejja t-​tbatijiet u l-​pressjonijiet li ffaċċja fil-​ħajja, David ġenwinament kien jitgħaxxaq jagħmel ir-​rieda t’Alla. M’għandniex xi ngħidu, David ma kienx l-​uniku aduratur taʼ Ġeħova li kien jieħu pjaċir jaqdi lill-​Alla l-​veru.

L-​appostlu Pawlu applika l-​kliem taʼ Salm 40:8 għall-​Messija, jew Kristu, meta kiteb: “Meta [Ġesù] jiġi fid-​dinja jgħid: ‘“Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ħejjejt ġisem għalija. Int m’approvajtx offerti tal-​ħruq sħaħ u offerti għad-​dnub.” Imbagħad jien għedt, “Ara! Ġejt (fir-​romblu tal-​ktieb hemm miktub dwari) biex nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla.”’”—Ebr. 10:5-​7.

Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù kienu jieħu gost josserva l-​ħolqien, ikun mal-​ħbieb, u jiekol xi ikla m’oħrajn. (Mt. 6:26-​29; Ġw. 2:1, 2; 12:1, 2) Però, l-​interess ewlieni u l-​akbar għaxqa tiegħu kienu li jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru tas-​sema. Infatti, Ġesù qal: “L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda taʼ dak li bagħatni u li ntemm xogħlu.” (Ġw. 4:34; 6:38) Mingħand Sidhom, id-​dixxipli taʼ Ġesù tgħallmu s-​sigriet taʼ hena veru. B’ferħ kbir, huma minn jeddhom u b’ħerqa qasmu l-​messaġġ tas-​Saltna m’oħrajn.—Lq. 10:1, 8, 9, 17.

“MORRU U AGĦMLU DIXXIPLI”

Ġesù kkmanda lis-​segwaċi tiegħu: “Morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, għammduhom fl-​isem tal-​Missier u taʼ l-​Iben u taʼ l-​ispirtu qaddis, u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom. U, ara, jien magħkom il-​jiem kollha sal-​konklużjoni tas-​sistema.” (Mt. 28:19, 20) Biex inwettqu dan l-​inkarigu jinvolvi li nippritkaw lin-​nies kull fejn jinsabu, li nagħmlu żjajjar lura fuq dawk li jkunu wrew interess, u li nikkonduċu studji tal-​Bibbja maʼ dawn l-​individwi. Dan ix-​xogħol jistaʼ jġib ferħ kbir.

L-​imħabba tqanqalna nkomplu nippritkaw minkejja kwalunkwe apatija li niffaċċjaw

Mit-​tieqa tagħha, waħda mara tara lix-​Xhieda taʼ Ġeħova jħabbtulha l-​bieb

Kemm jekk in-​nies juru interess fil-​messaġġ tagħna u kemm jekk le, il-​ferħ li nsibu fil-​ministeru jiddependi ħafna mill-​attitudni tagħna. Għala nkomplu nxandru l-​aħbar tajba avolja forsi niffaċċjaw xi apatija jew indifferenza? Għax nifhmu li meta nieħdu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar tas-​Saltna u taʼ li nagħmlu dixxipli nkunu qed nuru li nħobbu lil Alla u lill-​proxxmu tagħna. Tabilħaqq, hemm il-​ħajjiet fin-​nofs—tagħna stess u tal-​ġirien tagħna. (Eżek. 3:17-​21; 1 Tim. 4:16) Ejja nikkunsidraw xi punti li għenu lil ħafna mill-​ħaddiema sħabna jżommu jew iġeddu ż-​żelu tagħhom għall-​ministeru f’territorji taʼ sfida.

UŻA KULL OPPORTUNITÀ

Jekk nużaw mistoqsijiet xierqa fil-​ministeru tagħna spiss se jkollna riżultati tajbin. Għodwa minnhom, Amalia rat lil wieħed raġel jaqra l-​gazzetta fi ġnien pubbliku. Hi resqet lejh u staqsietu jekk kienx qara xi aħbar tajba. Meta wiġibha li le, Amalia qalet, “Jien għandi aħbar tajba għalik dwar is-​Saltna t’Alla.” Dan qanqal l-​interess tar-​raġel, u hu aċċetta studju tal-​Bibbja. Infatti, Amalia rnexxielha tibda tliet studji tal-​Bibbja f’dan il-​ġnien.

Janice għamlet il-​post tax-​xogħol tagħha territorju fejn tipprietka. Meta wieħed mis-​security guards u dik li kienet taħdem miegħu wrew interess f’artiklu li kien hemm fit-​Torri tal-​Għassa, Janice offriet li tiħdilhom ir-​rivisti fuq bażi regulari. Għamlet l-​istess għal raġel ieħor li kien jaħdem magħha u li baqaʼ affaxxinat bil-​varjetà taʼ suġġetti li hemm fit-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! Dan wassal biex saħansitra ħaddiema oħra titlobha r-​rivisti. “X’barka mingħand Ġeħova!” tgħid Janice. Eventwalment kienet tieħu r-​rivisti regolarment lil 11-​il persuna fuq ix-​xogħol.

KUN POŻITTIV

Indokratur li jivvjaġġa ta suġġeriment lill-​pubblikaturi biex fil-​ministeru minn dar għal dar ma jtemmux il-​konversazzjoni tagħhom maʼ inkwilin sempliċement billi jgħidu li se jerġgħu jżuruh ġurnata oħra. Minflok, jistgħu jistaqsu lill-​individwu: “Tixtieq li nurik kif isir studju tal-​Bibbja?” jew, “Liema ġurnata u fi x’ħin tixtieq li nerġaʼ niġi biex inkomplu d-​diskussjoni tagħna?” L-​indokratur li jivvjaġġa qal li permezz taʼ dan il-​metodu, l-​aħwa f’kongregazzjoni waħda fejn kien qed iżur bdew 44 studju tal-​Bibbja fid-​djar f’ġimgħa waħda.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jitkellmu maʼ raġel li qed jaqtaʼ l-​injam

Jistaʼ jkun effettiv mhux ħażin meta nagħmlu żjajjar lura bla dewmien—saħansitra ftit jiem wara l-​ewwel żjara. Għala? Għax meta nagħmlu hekk nuru li verament irridu ngħinu lil dawk taʼ qalb onesta biex jifhmu l-​Bibbja. Meta ntalbet tgħid għala aċċettat studju tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, waħda mara qalet, “Bdejt nistudja għax urew interess fija u mħabba sinċiera.”

Forsi tistaʼ tistaqsi lill-​inkwilin, “Tixtieq li nurik kif isir studju tal-​Bibbja?”

Ftit żmien wara li attendiet l-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier, Madaí kienet qed tikkonduċi 15-​il studju tal-​Bibbja u kienet tat 5 studji oħra lil pubblikaturi oħrajn. Diversi wħud mill-​istudenti tagħha bdew jattendu l-​laqgħat tagħna regolarment. X’għen lil Madaí tibda daqstant studji tal-​Bibbja? L-​iskola enfasizzat il-​bżonn li tibqaʼ tmur lura sakemm issib lil dawk li jkunu wrew interess fl-​ewwel żjara. Xhud oħra li għenet lil ħafna jitgħallmu l-​veritajiet tal-​Bibbja tgħid, “Tgħallimt li l-​perseveranza fiż-​żjajjar lura hi importanti ferm biex ngħin lin-​nies li jridu jsiru jafu lil Ġeħova.”

Meta nagħmlu ż-​żjajjar lura bla dewmien nuru li verament jinteressana minn dawk li jridu jifhmu l-​Bibbja

Li nagħmlu żjajjar lura u nikkonduċu studji tal-​Bibbja jirrikjedi sforz diliġenti. Madankollu, il-​barkiet jisbqu bil-​kbir l-​isforz kollu meħtieġ. Billi nħabirku fix-​xogħol tal-​ippritkar tas-​Saltna, nistgħu ngħinu lil oħrajn biex “jaslu għall-​għarfien eżatt dwar il-​verità,” u dan jistaʼ jfisser salvazzjoni għalihom. (1 Tim. 2:3, 4) Għalina, jistaʼ jirriżulta f’sodisfazzjon kbir u ferħ liema bħalu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja