LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 8/8 p. 31
  • Ħrejjef u Fatti Dwar in-Nies Anzjani

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħrejjef u Fatti Dwar in-Nies Anzjani
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jieħu Ħsieb b’Mod Teneru l-Qaddejja Tiegħu Mdaħħlin fiż-Żmien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kif Tibqaʼ Ferħan Meta Tkun Qed Tikber
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Apprezza lill-Aħwa Kbar fl-Età
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Nikbru fl-Età Flimkien
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 8/8 p. 31

Ħrejjef u Fatti Dwar in-​Nies Anzjani

Jeżistu ħafna ħrejjef dwar ix-​xjuħija. Il-​Programm dwar ix-​Xjuħija u s-​Saħħa, li hu programm taʼ l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa, ħareġ pubblikazzjoni bl-​isem “Ageing—Exploding the Myths” (Ix-Xjuħija—Il-​Ħrejjef Jinġabu fix-​Xejn). Din tikxef kif xi wħud minn dawn il-​ħrejjef huma foloz. Ikkunsidra xi eżempji.

Ħrafa: Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies anzjani jgħixu fid-​dinja industrijalizzata.

Fatt: Fil-​fatt, iktar minn 60 fil-​mija tal-​580 miljun anzjan li hawn fid-​dinja jgħixu f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Għadd li dejjem jiżdied taʼ nies f’dawn il-​pajjiżi qed jgħixu ħajja itwal bħala riżultat taʼ kura aħjar għas-​saħħa u titjib fis-​sistema tad-​drenaġġ, fid-​djar, u fl-​ikel.

Ħrafa: L-​anzjani m’għandhom xejn x’joffru għall-​benefiċċju taʼ ħaddieħor.

Fatt: L-​anzjani jagħmlu ħafna għal ħaddieħor billi jagħmlu xogħol li ma jitħallsux għalih. Per eżempju, huwa kalkulat li madwar 2 miljun tifel u tifla fl-​Istati Uniti jieħdu ħsiebhom in-​nanniet tagħhom, u 1.2 miljun minnhom jgħixu fid-​dar tan-​nanniet. B’hekk l-​anzjani jipprovdu dar, ikel, u edukazzjoni u jgħaddu valuri kulturali lin-​neputijiet tagħhom filwaqt li l-​ommijiet u l-​missirijiet ikunu jistgħu jibqgħu joħorġu jaħdmu. Bl-​istess mod, fid-​dinja industrijalizzata, ħafna organizzazzjonijiet volontiera ma kinux jimxu mingħajr il-​kontribut siewi taʼ l-​anzjani. L-​anzjani jduru b’ħaddieħor ukoll u dan hu tant meħtieġ. F’xi pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn sa 30 fil-​mija tan-​nies adulti għandhom l-​AIDS, l-​anzjani jieħdu ħsieb taʼ wliedhom il-​kbar li jkunu mardu, u meta dawn imutu huma jkollhom irabbu lin-​neputijiet orfni tagħhom.

Ħrafa: L-​anzjani jieqfu jaħdmu għax ma jibqgħux kapaċi jwettqu xogħolhom.

Fatt: Ir-​raġuni m’hijiex bilfors l-​età avanzata. Ħafna drabi ma jibqgħux jaħdmu minħabba żvantaġġi fl-​edukazzjoni jew taħriġ jew minħabba l-​preġudizzju kontra l-​anzjani.

Ħrafa: L-​anzjani ma jridux jaħdmu.

Fatt: Taʼ spiss l-​anzjani jitħallew barra minn impjiegi bil-​paga minkejja li huma jkollhom il-​volontà u l-​abbiltà li jkomplu jaħdmu. Speċjalment matul żmien taʼ qgħad, xi wħud jirraġunaw li l-​anzjani għandhom jieqfu jaħdmu xogħol b’paga biex ħaddiema iżgħar fl-​età jkunu jistgħu jiħdulhom posthom. Madankollu, billi l-​ħaddiema anzjani jieqfu jaħdmu qabel ma jkollhom għalfejn jieqfu, ma jfissirx li bilfors se joħolqu impjiegi għal uħud iżgħar. Individwu iżgħar fl-​età u li qiegħed ifittex xogħol jistaʼ ma jkollux l-​abbiltajiet meħtieġa biex jieħu post ħaddiem anzjan. Ħaddiema anzjani li huma taʼ l-​esperjenza jgħinu biex tinżamm il-​produttività u l-​istabbiltà fil-​qasam tax-​xogħol.

B’dawn il-​fatti f’moħħhom, tinnota l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (WHO), il-​komunitajiet fid-​dinja għandhom iqisu l-​popolazzjoni anzjana tagħhom bħala sors taʼ esperjenza li tistaʼ tintuża għall-​ġid. Alexandre Kalache, il-​bniedem inkarigat mill-​Programm dwar ix-​Xjuħija u s-​Saħħa, programm tal-​WHO, għaldaqstant jinnota li “l-​pajjiżi . . . m’għandhomx iqisu l-​popolazzjonijiet anzjani tagħhom bħala problema imma bħala soluzzjoni possibbli għall-​problemi.” U dan huwa fatt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja