LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 2/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Jien qiegħed flok Alla?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Joseph Tests His Brothers
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ipproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 2/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Kien Ġużeppi, qaddej leali taʼ Ġeħova, juża koppa speċjali tal-​fidda biex jeħber, bħalma jindika Ġenesi 44:5?

M’hemm ebda raġuni għala għandna nemmnu li Ġużeppi kien jipprattika xi forma taʼ seħer.

Il-Bibbja turi dak li Ġużeppi kien jaħseb verament dwar l-​użu tal-​maġija biex dak li jkun isir jaf il-​futur. Iktar qabel, meta ntalab biex jinterpreta l-​ħolm tal-​Fargħun, Ġużeppi għal darba wara l-​oħra saħaq li Alla biss setaʼ “jħabbar” (NW) il-​ġrajjiet li kienu se jseħħu. B’riżultat taʼ dan, il-​Fargħun innifsu beda jemmen li l-​Alla li Lilu Ġużeppi kien iqim—l-​Alla l-​veru, mhux l-​okkult—għarraf lil Ġużeppi d-​dettalji dwar il-​futur. (Ġenesi 41:​16, 25, 28, 32, 39) Fil-​Liġi li iktar tard ngħatat lil Mosè, Ġeħova pprojbixxa l-​ipprattikar tal-​maġija u t-​teħbir, u b’hekk ikkonferma li Hu biss jistaʼ jħabbar il-​futur.—Dewteronomju 18:​10-12.

Mela Ġużeppi għala indika, permezz tal-​qaddej tiegħu, li kien juża l-​koppa tal-​fidda biex “jeħber”?a (Ġenesi 44:5) Irridu nikkunsidraw iċ-​ċirkustanzi li kien fihom meta qal din l-​istqarrija.

Minħabba l-​ġuħ kbir li kien hemm, ħut Ġużeppi marru l-​Eġittu biex jiksbu l-​ikel. Snin qabel, dawn l-​istess ħutu kienu biegħu lil Ġużeppi fil-​jasar. Issa, mingħajr ma kienu jafu, huma kienu qed jitolbu l-​għajnuna mingħand ħuhom stess, li kien sar l-​amministratur taʼ l-​ikel fl-​Eġittu. Ġużeppi m’urihomx min kien. Minflok, hu ddeċieda li jagħmlilhom prova. Bix-​xieraq, Ġużeppi ried jara kemm kienet ġenwina l-​indiema tagħhom. Hu ried isir jaf ukoll jekk kinux—u kemm kienu—iħobbu lil ħuhom Benjamin u lil Ġakobb missierhom, li tant kien iħobb lil Benjamin. Għalhekk, Ġużeppi ħejja pjan bis-​sengħa.—Ġenesi 41:55–44:3.

Ġużeppi kkmanda lil wieħed mill-​qaddejja tiegħu sabiex jimla l-​ixkejjer taʼ ħutu bl-​ikel, ipoġġi lura l-​flus taʼ kull wieħed minnhom fil-​wiċċ taʼ l-​ixkejjer tagħhom, u jpoġġi l-​koppa tal-​fidda taʼ Ġużeppi fil-​wiċċ taʼ l-​ixkora taʼ Benjamin. B’dan kollu, Ġużeppi kien qed jagħmilha taʼ bir-​ruħu li kien amministratur taʼ pajjiż pagan. Għalhekk, hu adatta lilu nnifsu, l-​azzjonijiet tiegħu, u l-​lingwa tiegħu għal dan il-​karattru sabiex f’għajnejn ħutu, li ma kienu ntebħu b’xejn, ikun jidher li hu amministratur bħal dan.

Meta Ġużeppi ffaċċja lil ħutu, hu kompla b’dan il-​pjan u staqsiehom: “Ma kontux tafu li bniedem bħali għandu l-​ħila jeħber?” (Ġenesi 44:15) Għalhekk, jidher ċar li l-​koppa kienet sempliċement parti mill-​pjan. Ġużeppi ma kienx juża l-​koppa biex jeħber daqskemm Benjamin ma kienx seraqha.

[Nota taʼ taħt]

a Waqt li tiddeskrivi l-​prattika li kienet isseħħ fiż-​żminijiet tal-​qedem, The Holy Bible, With an Explanatory and Critical Commentary, maħruġa minn F. C. Cook, tispjega: “Dan kien iseħħ billi jitfgħu d-​deheb, il-​fidda, jew xi ġojjelli, fl-​ilma, u mbagħad jeżaminaw kif jidhru; jew sempliċement billi kienu jħarsu fl-​ilma bħallikieku kienu qed iħarsu f’mera.” Christopher Wordsworth, kummentatur tal-​Bibbja, jgħid: “Kultant il-​koppa kienu jimlewha bl-​ilma, u t-​tweġiba kienet tingħata permezz taʼ immaġni li kienet issir mir-​riflessjoni tax-​xemx fuq l-​ilma li kien ikun hemm fil-​koppa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja