GĦIX BĦALA KRISTJAN
X’se tagħmel inti fis-sena tan-nixfa?
Il-fidi u l-fiduċja jmorru id f’id. Pereżempju, fidi soda f’Ġeħova tgħinna nkunu fiduċjużi li hu se jipproteġina u jieħu ħsiebna. (Sa 23:1, 4; 78:22) Iktar ma nersqu qrib lejn it-tmiem taʼ din is-sistema, iktar nistgħu nistennew li l-attakki taʼ Satana se jiżdiedu. (Ri 12:12) X’se jgħinna?
ARA L-VIDJOW X’SE TAGĦMEL INTI FIS-SENA TAN-NIXFA?, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Aħna kif aħna bħas-“siġra” li tissemma f’Ġeremija 17:8?
X’inhi forma waħda taʼ “sħana”?
Is-“siġra” kif tiġi affettwata, u għala?
Satana xi jrid jeqred?
B’liema mod aħna bħal uħud li jivvjaġġaw spiss?
Għala għandna nkomplu nafdaw lill-ilsir leali u għaqli, u l-fiduċja tagħna kif se tgħaddi minn prova?
Għala għandna nkomplu nafdaw il-prinċipji mill-Bibbja minkejja li d-dinja twaqqagħna għaċ-ċajt?