LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 8/1 pp. 8-12
  • Attivitajiet Miżjudin Matul il-Preżenza taʼ Kristu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Attivitajiet Miżjudin Matul il-Preżenza taʼ Kristu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Privileġġi Miżjudin
  • Il-​Ġbir tan-​Ngħaġ
  • Sudditi tas-​Saltna
  • Igħinu lis-​Sultan
  • Attivitajiet Miżjudin
  • “Ilsir” li hu Kemm Leali u Kemm Diskret
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Min Hu Tassew l-Ilsir Leali u Għaqli?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Leali Lejn Kristu u l-Ilsir Leali Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Huma “Jibqgħu Mexjin Wara l-Ħaruf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 8/1 pp. 8-12

Attivitajiet Miżjudin Matul il-​Preżenza taʼ Kristu

“Imbagħad is-​sultan se jgħid lil dawk fuq il-​lemin tiegħu, ‘Ejjew, intom li ġejtu mberkin minn Missieri, irtu s-​saltna mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja.’”​—MATTEW 25:​34.

1. Il-​pa·rou·siʹa taʼ Kristu b’liema mod kienet sewwa sew bħal “jiem Noè”?

IL-​PREŻENZA taʼ Kristu​—il-​ġrajja tant mistennija! Iż-​żmien bħal “jiem Noè,” li Ġesù tkellem dwaru f’konnessjoni mal-​“konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet,” wasal fis-​sena 1914. (Mattew 24:​3, 37) Imma x’kellha tfisser il-​preżenza, jew pa·rou·siʹa, taʼ Kristu għall-​fdal midlukin tal-​“irsir fidil u diskret”? (Mattew 24:45) Ħeqq, li kellhom isiru dejjem iktar attivi bħala dawk li jġorru d-​dawl! Affarijiet tal-​għaġeb kienu se jiġru! Xogħol taʼ ġbir li bħalu qatt ma kien sar qabel kien wasal biex jibda.

2. Liema tindif seħħ bi twettieq taʼ Malakija 3:1-5?

2 L-​ewwel, iżda, dawn il-​Kristjani midlukin kellhom bżonn jindafu. Bħalma Malakija 3:1-5 kien bassar, Alla Jehovah u l-​“messaġġier tal-​patt” tiegħu, Ġesù Kristu, ġew biex jispezzjonaw it-​tempju spiritwali fir-​rebbiegħa tal-​1918. Il-​ġudizzju kellu jibda bid-​“dar t’Alla.” (1 Pietru 4:17) Malakija 3:3 bassar: “[Jehovah] jrid joqgħod bil-​qiegħda bħal raffinatur u wieħed li jnaddaf il-​fidda u jrid inaddaf lil ulied Levi; u jrid jiċċarahom bħad-​deheb u bħall-​fidda.” Kien perijodu taʼ raffinar u tindif.

3. Għala kien essenzjali li jseħħ tindif spiritwali?

3 Billi għadda minn dan il-​ġudizzju, li laħaq il-​quċċata fl-​1918, il-​fdal tal-​klassi tal-​irsir ġie mnaddaf minn tinġis dinji u reliġjuż. Jehovah għala naddafhom? Għaliex kien jinvolvi lit-​tempju spiritwali tiegħu. Dan hu l-​arranġament bħal tempju biex Jehovah jiġi adurat fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju propizjatorju taʼ Ġesù Kristu. Jehovah ried li t-​tempju tiegħu ikun f’kundizzjoni nadifa sabiex meta numri kbar taʼ adoraturi b’tamiet għall-​art kellhom jinġiebu hemm, kienu se jsibu post fejn is-​sovranità universali tiegħu hi rispettata, post fejn l-​isem divin tiegħu hu mqaddes, u post fejn il-​liġijiet taʼ tjieba tiegħu huma obduti. B’hekk, huma kellhom japprezzaw lil Jehovah u jissieħbu f’li jagħmlu magħrufin il-​għanijiet grandjużi tiegħu.

Privileġġi Miżjudin

4, 5. (a) Mistoqsija li poġġa Ġesù kif inhi taʼ sfida għal kull wieħed mill-​klassi tal-​irsir illum? (b) L-​espressjonijiet “l-​irsir fidil u diskret” u “n-​nies taʼ daru” kif għandhom jiġu mifhumin? (ċ) Ġesù ta liema nkarigu lill-​irsir?

4 Fl-​1919 dawk tal-​klassi mnaddfa tal-​irsir setgħu jħarsu ’l quddiem lejn attivitajiet li dejjem jespandu. Lura fl-​1914, Ġesù Kristu, is-​Sid tagħhom, kien kiseb Saltna tas-​sema. Meta mar lura lejn in-​“nies taʼ daru” biex jispezzjonahom, hu kien imżejjen b’dinjità rjali, li ma kellux meta kien hawn isfel fuq l-​art. X’sab? Kienet il-​klassi tal-​irsir qed tħabrek f’li tieħu ħsieb l-​interessi tas-​Sid? Bħalma nsibu miktub f’​Mattew 24:​45-47, Ġesù staqsa mistoqsija li sfidat lil kull wieħed minn dawn id-​dixxipli biex jeżamina d-​devozzjoni persunali tiegħu lejn il-​Messija taʼ Jehovah: “Min tassew hu l-​irsir fidil u diskret li sidu ħatru fuq in-​nies taʼ daru, biex jagħtihom l-​ikel tagħhom fiż-​żmien xieraq? Hieni hu dak l-​irsir jekk sidu malli jasal isibu jagħmel hekk. Verament ingħidilkom, Hu se jaħtru fuq dak kollu li jippossjedi.”

5 Ovvjament, id-​deskrizzjoni minn Ġesù taʼ dan l-​irsir fidil ma tixraqx lil xi individwu uman wieħed. Le, imma tassew tiddeskrivi lill-​kongregazzjoni midluka u leali taʼ Kristu bħala ħaġa sħiħa, bħala grupp. In-​nies taʼ daru huma dawn is-​segwaċi taʼ Kristu bħala individwi. Ġesù kien jaf li kien se jixtri lil dawn is-​segwaċi midlukin tiegħu b’demmu stess, u għalhekk b’mod xieraq irrefera għalihom b’mod kollettiv bħala l-​irsir tiegħu. L-​Ewwel Korintin 7:23 igħid dwarhom: “Intom [b’mod kollettiv] kontu mixtrijin bi prezz; ieqfu milli ssiru rsiera taʼ bnedmin.” Ġesù inkariga lill-​klassi tal-​irsir tiegħu biex iħallu d-​dawl tagħhom jiddi biex jiġbdu lejhom u jagħmlu dixxipli oħrajn u biex jitimgħu lin-​nies taʼ daru b’mod progressiv billi jagħtuhom l-​ikel spiritwali tagħhom fiż-​żmien xieraq.

6. L-​irsir kif ġie ppremjat bħala riżultat tal-​ispezzjoni taʼ Ġesù?

6 Minn mindu bdiet il-​preżenza taʼ Kristu sal-​1918, il-​klassi tal-​irsir, minkejja n-​nuqqas taʼ popolarità, persekuzzjoni, u saħansitra xi ftit konfużjoni, kienet qiegħda tfittex li tagħti ikel f’waqtu lin-​nies taʼ darha. Dan hu dak li s-​Sid sab meta bdiet l-​ispezzjoni tiegħu. Il-​Mulej Ġesù kien kuntent, u fl-​1919 hu ppronunzja hienja lil dik il-​klassi leali tal-​irsir. X’kien il-​premju tal-​għaġeb tal-​irsir talli għamel dak li Sidu kien ħatru biex jagħmel? Promozzjoni! Iva, ingħatawlu responsabbiltajiet akbar f’li javvanza l-​interessi taʼ Sidu. Ladarba s-​Sid kien issa sultan tas-​sema, ħeqq, allura, il-​ġid tiegħu fuq l-​art sar saħansitra iktar prezzjuż.

7, 8. (a) X’inhu “dak kollu li jippossjedi” s-​Sid? (b) X’inhu meħtieġ mill-​irsir f’li jieħu ħsieb dan il-​ġid?

7 Mela, x’inhu “dak kollu li jippossjedi”? Dawn huma l-​assi spiritwali kollha fuq l-​art li saru l-​propjetà taʼ Kristu f’konnessjoni mal-​awtorità tiegħu bħala Sultan tas-​sema. Dan żgurissimu li kien jinkludi l-​inkarigu li jagħmlu dixxipli taʼ Kristu, bil-​privileġġ grandjuż taʼ li jaġixxu bħala rappreżentanti tas-​Saltna stabbilita t’Alla għall-​ġnus kollha tad-​dinja.

8 Promozzjoni bħal din biex jieħdu ħsieb dak kollu li jippossjedi s-​Sid irrikjediet li dawk tal-​klassi tal-​irsir jagħtu iktar ħin u attenzjoni lejn li jaraw li x-​xogħol tas-​Saltna jsir u, iva, jiżżviluppaw faċilitajiet akbar għal dak ix-​xogħol. Issa kellhom qasam ferm akbar taʼ xogħol—l-​art abitata kollha.

Il-​Ġbir tan-​Ngħaġ

9. X’irriżulta mill-​espansjoni tal-​attivitajiet tal-​irsir?

9 B’ubbidjenza, allura, il-​klassi tal-​irsir fidil u diskret taʼ Kristu espandiet l-​attivitajiet tagħha. Ir-​riżultat? L-​uħud finali tal-​144,000 inġabru. Imbagħad il-​viżjoni taʼ Ġwanni mniżżla f’​Rivelazzjoni 7:​9-17 saret realtà li tqanqal u li tqawwi l-​qalb. B’mod partikulari mis-​sena 1935 ’il hawn, il-​klassi tal-​irsir gawdiet billi rat iseħħ b’mod sod it-​twettieq taʼ din il-​viżjoni. Minn fuq l-​art kollha, “folla kbira” taʼ miljuni issa jidħlu bi ħġarhom ġewwa l-​limiti tat-​tempju spiritwali taʼ Jehovah bħala l-​adoraturi tiegħu. L-​anġlu taʼ Jehovah qal lil Ġwanni li ebda bniedem ma setaʼ jgħodd lil din il-​folla kbira. Dak ifisser li m’hemmx limitu poġġut fuq in-​numru taʼ nies li lilhom il-​klassi tal-​irsir trid iġġib lejn it-​tempju spiritwali taʼ Jehovah. Sakemm it-​triq hi miftuħa, ix-​xogħol taʼ li jinġabru ġewwa se jibqaʼ sejjer.

10. L-​irsir huwa involut f’liema attività taʼ mħabba llum?

10 Il-​klassi leali tal-​irsir għandha responsabbiltà serja f’li tieħu ħsieb in-​numri li qegħdin jiżdiedu kontinwament taʼ “ngħaġ oħra,” billi taf li dawn l-​uħud bħal ngħaġ mill-​ġnus kollha huma għeżież ferm għas-​Sid, Ġesù. Huma attwalment il-​merħla tiegħu. (Ġwann 10:16; Atti 20:28; 1 Pietru 5:​2-4) Mela b’imħabba lejn is-​Sid u lejn in-​ngħaġ, il-​klassi tal-​irsir tieħu ħsieb bil-​ferħ il-​ħtiġijiet spiritwali tal-​folla kbira.

11-13. Liema kumment xieraq għamel dak li kien il-​president tal-​Watch Tower Society rigward l-​attività tal-​irsir?

11 Iva, il-​parti l-​kbira mill-​attivitajiet li jġorru d-​dawl tal-​irsir hija l-​ġbir taʼ dawn is-​sudditi fuq l-​art tas-​Saltna t’Alla. Billi ddiskuta l-​attivitajiet li dejjem qegħdin jiżdiedu tal-​irsir fidil, F. W. Franz, li kien il-​president tal-​Watch Tower Society, qal ftit qabel ma miet f’​Diċembru tal-​1992:

12 “Ġesù Kristu uża l-​organizzazzjoni iktar u iktar b’mod tal-​għaġeb il-​ħin kollu, skond l-​esperjenza tal-​ħajja tad-​99 sena tiegħi. M’huwiex sempliċi bniedem li qiegħed jidderieġi lill-​organizzazzjoni, imma bil-​fors li hu l-​Mulej Ġesù Kristu. Għax irnexxiet b’mod ferm iktar grandjuż u tal-​għaġeb milli qatt ħsibna. Illum għandna organizzazzjoni li espandiet mad-​dinja kollha. Qiegħda taħdem fl-​Emisferu tat-​Tramuntana u fl-​Emisferu tan-​Nofs in-​Nhar, fil-​Lvant u fil-​Punent. Persuna waħda biss setgħet tkun responsabbli għal din l-​espansjoni taʼ min jinnotaha—l-​Iben t’Alla, li għandu taħt idejh lill-​klassi tal-​irsir fidil u diskret. Hu refagħhom sewwa r-​responsabbiltajiet tiegħu, u minħabba f’hekk seħħet din l-​espansjoni grandjuża li rajna b’għajnejna.

13 “Il-​kwistjoni mhix imwettqa minn bniedem wieħed. Għandna organizzazzjoni li hi teokratika, u topera b’manjiera teokratika, bi stil dirett minn Alla. Ebda bniedem, lanqas saħansitra l-​fundatur tal-​Watch Tower Bible and Tract Society, ma jistaʼ jsostni jew jiġi attribwit b’responsabbiltà għal dak li twettaq b’mod li jinkludi l-​art kollha. Huwa sempliċement meraviljuż.” M’humiex dawk kollha li huma tal-​folla kbira b’qalb sħiħa fi qbil maʼ dawk is-​sentimenti tal-​mibki Ħuna Franz? Iva, tabilħaqq, huma grati ferm għall-​attivitajiet miżjudin tal-​irsir fidil.

Sudditi tas-​Saltna

14, 15. (a) Ġesù x’wera b’tixbieha fil-​parabbola tat-​talenti (Mattew 25:14-30)? (b) B’mod xieraq, x’jiġi wara f’​Mattew kapitlu 25?

14 F’​Mattew kapitlu 25, it-​tixbieha taʼ Ġesù dwar in-​ngħaġ u l-​mogħoż tiddeskrivi lil dan ix-​xogħol kbir tal-​ġbir tas-​sudditi fuq l-​art tas-​Saltna t’Alla. Fil-​parabbola taʼ qabilha, il-​parabbola tat-​talenti, Ġesù juri b’tixbieha li d-​dixxipli midlukin li jittamaw li jsaltnu miegħu fis-​Saltna tiegħu fis-​sema jridu jaħdmu biex iżidu l-​ġid tiegħu fuq l-​art. B’mod xieraq, allura, fil-​parabbola tiegħu taʼ wara, Ġesù jagħti stampa taʼ dak li hu meħtieġ minn dawk li jridu jsiru sudditi tas-​Saltna tiegħu fis-​sema.

15 Innota r-​rimarki tiegħu f’​Mattew 25:​31-33: “Meta Bin il-​bniedem jasal fil-​glorja tiegħu, u l-​anġli kollha miegħu, imbagħad se joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron glorjuż tiegħu. U l-​ġnus kollha se jinġabru quddiemu, u hu se jifred lin-​nies wieħed mill-​ieħor, sewwa sew bħalma ragħaj jifred in-​ngħaġ mill-​mogħoż. U se jpoġġi lin-​ngħaġ fuq il-​leminija tiegħu, imma l-​mogħoż fuq ix-​xellug tiegħu.”

16. Il-​ġnus kif jinġabru u n-​nies jiġu mifrudin?

16 Ġesù wasal fil-​glorja tiegħu fl-​1914. Billi mar fuq l-​offensiva, hu, mal-​anġli kollha, attakka u żgombra lill-​għedewwa demoniċi kollha tiegħu mis-​sema. Dak li jsegwi wara fil-​parabbola tiegħu jgħinna napprezzaw li l-​fatt li Ġesù qiegħed bil-​qiegħda fuq tron glorjuż jissimbolizza pożizzjoni taʼ ġudizzju matul il-​preżenza tiegħu. Il-​ġbir tal-​ġnus kollha quddiemu jfisser li Ġesù jilqaʼ lill-​ġnus kollha bħala l-​merħla prospettiva tiegħu, b’mod figurattiv. Hija merħla b’ngħaġ u mogħoż imħalltin. Waqt li biex tifred in-​ngħaġ mill-​mogħoż f’merħla litterali jistaʼ jeħodlok parti minn ġurnata, it-​tifrid mad-​dinja kollha taʼ nies li huma aġenti morali ħelsin jieħu ferm iktar żmien. Dan hu għaliex it-​tifrid huwa bbażat fuq il-​korsa taʼ azzjoni taʼ kull individwu.

17. Is-​sitwazzjoni llum għala hi serja għan-​nies kollha?

17 Fil-​parabbola, is-​Sultan-Ragħaj ipoġġi lil dawk bħal ngħaġ fuq il-​leminija tiegħu u lil dawk bħal mogħoż fuq ix-​xellug tiegħu. In-​naħa tal-​lemin tirriżulta f’ġudizzju b’riżultat favorevoli​—ħajja taʼ dejjem. In-​naħa tax-​xellug tirrappreżenta sentenza mhux favorevoli—dik taʼ qerda taʼ dejjem. Id-​determinazzjoni tas-​Sultan dwar din il-​ħaġa għandha konsegwenzi serji.

18. Il-​fatt li s-​Sultan hu inviżibbli għala ma jiskuża lil ħadd?

18 Il-​fatt li Bin il-​bniedem qiegħed isaltan matul il-​preżenza, jew pa·rou·siʹa, tiegħu b’mod inviżibbli ma jiskuża lil ħadd. Iktar u iktar uħud bħal ngħaġ illum qegħdin jissieħbu mal-​klassi tal-​irsir f’li jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla mad-​dinja kollha, billi jħallu lid-​dawl tagħhom jiddi. Verament, il-​għoti taʼ xiehda tagħhom wasal sal-​partijiet kollha tal-​globu.—Mattew 24:14.

19. Liema kwalitajiet tal-​klassi tan-​ngħaġ jintwerew b’tixbieha fil-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż?

19 Is-​Sultan-Ragħaj għala jippremja lil dawk tal-​klassi tan-​ngħaġ b’futur imbierek? Minħabba l-​appoġġ b’qalb sħiħa tagħhom għax-​xogħol taʼ ppridkar tas-​Saltna u l-​qalb tajba li huma wrew lejn ħutu l-​midlukin, ħaġa li Ġesù jqisha bħala li saret lilu. Għalhekk, l-​irjali Bin il-​bniedem igħidilhom: “Ejjew, intom li ġejtu mberkin minn Missieri, irtu s-​saltna mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja.”—Mattew 25:34; 28:19, 20.

Igħinu lis-​Sultan

20, 21. In-​ngħaġ jagħtu liema evidenza li huma weqfin fuq in-​naħa tas-​Saltna?

20 Innota li meta s-​Sultan jistieden lil dawn in-​ngħaġ biex jirtu l-​qasam tal-​art tas-​Saltna t’Alla, huma jesprimu sorpriża. Jistaqsuh: ‘Mulej, meta għamilna dawn l-​affarijiet kollha għalik?’ Hu jwieġeb: “Verament ingħidilkom, Sal-​punt li għamiltuh maʼ wieħed li hu l-​inqas minn dawn ħuti, intom għamiltuh miegħi.” (Mattew 25:40) Meta Ġesù deher lil Marija Madalena f’jum l-​irxoxt tiegħu, hu tkellem dwar ħutu spiritwali meta qalilha: “Mur fi triqtek lejn ħuti.” (Ġwann 20:17) Matul iż-​żmien tal-​preżenza inviżibbli tiegħu, Ġesù għandu biss fdal żgħir mill-​144,000 aħwa spiritwali tiegħu li għadhom tal-​laħam fuq l-​art.

21 Ladarba Ġesù hu inviżibbli fis-​smewwiet, huwa biss b’mod indirett li dawn in-​nies bħal ngħaġ għamlu dawn l-​affarijiet taʼ mħabba lilu. Huma jarawh fuq it-​tron tiegħu biss bil-​għajnejn tagħhom tal-​fidi. Ġesù japprezza l-​isforzi kollha li jagħmlu biex jassistu lill-​aħwa spiritwali tiegħu, li se jsiru l-​werrieta mseħbin tiegħu fis-​sema. Dak li jsir maʼ ħutu hu jgħoddu bħala li qiegħed isir lilu personalment. L-​uħud bħal ngħaġ apposta jagħmlu l-​ġid lil ħut Kristu għaliex jirrikonoxxuhom li huma hekk. Huma japprezzaw li l-​aħwa spiritwali taʼ Ġesù huma l-​ambaxxaturi tas-​Saltna taʼ Jehovah, u huma jridu jagħtu evidenza konkreta li qegħdin jieħdu l-​waqfa tagħhom magħhom fuq in-​naħa taʼ dik is-​Saltna.

22. Il-​klassi tan-​ngħaġ kif tiġi ppremjata? (Qabbel Rivelazzjoni 7:​14-17.)

22 Jehovah ra bil-​quddiem li din il-​klassi bħal ngħaġ kellha tidher matul dan iż-​żmien tal-​preżenza taʼ Ibnu, u hu għandu premju tal-​għaġeb maħżun għalihom! Il-​folla kbira se tiret il-​barkiet taʼ paċi hawn fuq l-​art matul ir-​Renju Millennjali hieni minn Ġesù Kristu, is-​Sultan taʼ Jehovah.

23. In-​ngħaġ b’liema modi jafu li qegħdin igħinu lil ħut is-​Sultan?

23 Meta nikkunsidraw il-​profeziji tal-​Bibbja li japplikaw fiż-​żmien tal-​preżenza taʼ Kristu, flimkien mal-​parabbola taʼ Ġesù dwar in-​ngħaġ u l-​mogħoż, x’naraw? Dan: M’huwiex każ taʼ li mingħajr ma taf u b’kumbinazzjoni tagħmel il-​ġid lil wieħed mill-​aħwa spiritwali tas-​Sultan li jagħmel lil persuna nagħġa b’waqfa taʼ tjieba quddiem Alla u s-​Sultan tiegħu. Dawk tal-​klassi tan-​ngħaġ jafu x’qegħdin jagħmlu, għalkemm ma jarawx bil-​għajnejn litterali tagħhom lis-​Sultan li qiegħed isaltan. Huma jagħmlu sforz biex igħinu lil ħut is-​Sultan mhux biss b’mod materjali imma wkoll b’mod spiritwali. Kif? Billi jgħinuhom fl-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla u f’li jikkonduċu studji tal-​Bibbja sabiex jagħmlu dixxipli għal Kristu. B’hekk, illum hemm iktar minn erbaʼ miljuni xandara tas-​Saltna t’Alla li jġorru d-​dawl.

Attivitajiet Miżjudin

24. Liema ħidmiet taʼ mħabba għamlu lill-​klassi tal-​irsir l-​iktar nies henjin fuq l-​art illum?

24 Ejjew ingħoddu l-​ħafna xogħlijiet mill-​aħjar tal-​klassi tal-​irsir fidil. L-​ewwel, il-​klassi tal-​irsir ġiet maħtura fuq il-​ġid kollu tas-​Sid—l-​interessi tas-​Saltna tiegħu fuq l-​art—u dan il-​ġid ikompli jiżdied. It-​tieni, dik il-​klassi qiegħda titmaʼ ikel spiritwali mhux biss lin-​nies midlukin taʼ darha imma lil folla kbira li dejjem tespandi. It-​tielet, il-​klassi tal-​irsir qiegħda tkun minn taʼ quddiem f’li xxerred id-​dawl tas-​Saltna. Ir-​rabaʼ, l-​akbar espansjoni taʼ attivitajiet tal-​irsir qiegħda fil-​ġbir tal-​folla kbira taʼ ngħaġ oħra, billi jġibuhom lejn it-​tempju spiritwali taʼ Jehovah. Il-​ħames, il-​klassi tal-​irsir, bl-​appoġġ b’qalb sħiħa taʼ wħud bħal ngħaġ, qiegħda tipprovdi faċilitajiet akbar għal organizzazzjonijiet tal-​fergħat madwar il-​globu, kif ukoll fil-​kwartieri ġenerali fl-​Istati Uniti. Ħidmiet taʼ mħabba bħal dawn għamlu lill-​klassi tal-​irsir l-​iktar hienja min-​nies li hawn fuq l-​art illum. U huma għamlu lil miljuni taʼ nies oħra henjin ukoll. Dawn kollha jagħtu ħajr lil Alla Jehovah u lil Ġesù Kristu, li dderiġew l-​attivitajiet miżjudin tal-​irsir diskret!

25. In-​ngħaġ kif jistgħu jkomplu jappoġġjaw lill-​klassi tal-​irsir, u b’liema prospett quddiemhom?

25 Il-​klassi tal-​irsir qiegħda issa taħdem iktar iebes minn qatt qabel fid-​dmirijiet tagħha mogħtijin minn Alla. Iż-​żmien li fadal qabel ma tfaqqaʼ t-​“tribulazzjoni kbira” kważi spiċċa! (Mattew 24:21) Kemm huwa vitali li dawn li huma n-​ngħaġ t’Alla joqogħdu fuq in-​naħa tal-​lemin taʼ favur tas-​Sultan-Ragħaj tiegħu! Mela, allura, ħalli kulħadd ikompli b’mod żeluż jappoġġja lill-​irsir fidil u diskret. Huwa biss billi nagħmlu dan li xi darba fil-​viċin ferm l-​uħud kollha bħal ngħaġ se jkunu jistgħu jisimgħu dak il-​kliem hieni: “Ejjew, intom li ġejtu mberkin minn Missieri, irtu s-​saltna mħejjija għalikom mit-​tisjis tad-​dinja.”

Tistaʼ Twieġeb?

◻ Liema ġġudikar inizzjali seħħ wara li s-​Sultan qagħad fuq it-​tron?

◻ Mattew 24:​45-47 kif kellu twettieq fiż-​żmien modern?

◻ Inkwantu għall-​attivitajiet miżjudin, għal liema minnhom huma dawk tal-​klassi tal-​irsir u dawk tal-​folla kbira l-​iktar grati?

◻ Mattew 25:​34-40 kif inhu mwettaq matul il-​pa·rou·siʹa?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja