LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/02 p. 1
  • “Kif Jistgħu Jisimgħu?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kif Jistgħu Jisimgħu?”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Ħejji Għal Ħelsien Ġewwa Dinja Ġdida
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • “Xiehda lill-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ftakar fil-mara taʼ Lot
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Liema Ħarsa Għandu Jkollna Lejn in-Nies Hekk Kif Joqrob il-Jum taʼ Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 1/02 p. 1

“Kif Jistgħu Jisimgħu?”

1 Ġesù qal b’enfasi: “L-​ewwel jeħtieġ li l-​Evanġelju jkun imxandar lill-​ġnus kollha.” (Mk. 13:10) Minkejja l-​isforzi biżlin tagħna, għad hemm mijiet taʼ miljuni taʼ nies li ma ngħatawx xiehda personalment. Xi gvernijiet jipprojbixxu x-​xogħol tagħna. F’ħafna pajjiżi hemm popolazzjonijiet enormi li qed ikomplu jikbru b’pass mgħaġġel. Allura dawn, “kif jistgħu jisimgħu?”—Rum. 10:14.

2 Afda f’Jehovah: Irridu niftakru li Jehovah jaf il-​kundizzjoni tal-​qalb taʼ kulħadd. Tkun xi tkun is-​sitwazzjoni taʼ l-​individwu, jekk hu jfittex sinċerament il-​verità dwar Alla, dan se jsibha.—1 Kron. 28:9.

3 Abraham kien inkwetat għall-​aħħar dwar dawk li kienu jgħixu f’Sodoma u Gomorra. Iżda Alla żgurah li Sodoma ma kinitx se tinqered anki jekk kien isib biss għaxar persuni tajbin hemmhekk. (Ġen. 18:​20, 23, 25, 32) Jehovah qatt ma qered lit-​tajbin mal-​ħżiena, bħalma kien wera meta salva lil Lot u ’l-ulied bniet tiegħu.—2 Pt. 2:​6-9.

4 Elija darba ħaseb li kien kompletament waħdu f’li jaqdi lil dak Alla veru. Madankollu, Jehovah żgurah li ċertament ma kienx waħdu u li x-​xogħol li beda kien se jitwettaq. (1 Slat. 19:​14-18) Xi ngħidu għas-​sitwazzjoni taʼ żmienna?

5 Ibqaʼ Attiv Ferm fis-​Servizz t’Alla: Kemm għad irid ikompli jinfirex ix-​xogħol taʼ l-​għoti taʼ xiehda għadna ma nafux. Jehovah hu responsabbli għal dan ix-​xogħol u qed juża lill-​anġli tiegħu biex jindokrawh. (Apk. 14:​6, 7) Hu l-​wieħed li jiddetermina sa liema punt ix-​xiehda trid tingħata lill-​ġnus kollha. Jekk irid, Jehovah jistaʼ jieħu ħsieb li l-​messaġġ tas-​Saltna jinfirex b’tali mod li aħna għalissa lanqas biss nistgħu nimmaġinaw sabiex ħafna iktar nies ikunu jistgħu “jisimgħu l-​kelma taʼ l-​Evanġelju u jemmnu.” (Atti 15:7) Dak li jagħmel Jehovah se jkun kompletament fi qbil maʼ dak li hu—Alla li jħobb, għaref, u ġust.

6 Huwa l-​privileġġ tagħna li naħdmu fi qbil mar-​rieda taʼ Jehovah, filwaqt li nagħmlu l-​almu tagħna biex insemmgħu l-​aħbar tajba lil kulħadd.—1 Kor. 9:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja