LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/00 p. 1
  • “Kollox Iservi għall-Edifikazzjoni”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kollox Iservi għall-Edifikazzjoni”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Ħalli d-Dixxerniment Jissalvagwardjak
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ibnu lil Xulxin
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Qatt Tabbanduna lil Sħabek fit-Twemmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • “Ibqgħu f’Sensikom Għalkollox”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 7/00 p. 1

“Kollox Iservi għall-​Edifikazzjoni”

1 Meta niġu għall-​mod kif nittrattaw maʼ ħutna, aħna rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nibnuhom. Dan ifisser li jkun jimpurtana milli nipproteġu l-​interessi spiritwali tagħhom. Jekk aħna nintrabtu f’xi tip taʼ xogħol sekulari li jinvolvi li nirriklamaw xi prodott jew servizz, irridu noqogħdu attenti li dak li se nagħmlu ma jkun taʼ ebda tfixkil għal ħutna.—2 Kor. 6:3; Flp. 1:​9, 10.

2 Xi wħud involvew ruħhom f’diversi proġetti taʼ negozju li huma riskjużi, billi ħasbu li l-​Kristjani sħabhom jistgħu jsiru l-​klijenti tagħhom. Ċerti organizzazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-​bejgħ taʼ prodotti jinkuraġġixxu lir-​rappreżentanti tagħhom biex dawn iqisu lil kulħadd bħala xi ħadd li jistaʼ jsir il-​klijent tagħhom—inkluż lil dawk li huma taʼ l-​istess reliġjon tagħhom. Xi aħwa organizzaw laqgħat kbar max-​Xhieda sabiex jinkuraġġuhom jinvolvu ruħhom f’xi intrapriża tan-​negozju. Oħrajn imexxu ’l quddiem il-​proġetti tagħhom billi jqassmu artikli, browxers, informazzjoni fuq l-​Internet, cassettes jew vidjos lill-​kredenti sħabhom mingħajr ma dawn ikunu talbuhom. Huwa għaqli li Kristjan juża l-​kuntatti teokratiċi tiegħu sabiex jipprofitta ruħu minn ħutu spiritwali? Le!—1 Kor. 10:23, 24, 31-33.

3 L-​Aħwa Jridu Joqogħdu Attenti: Dan ma jfissirx li Kristjan ma jistax jagħmel negozju maʼ xi ħu. Dik kwistjoni persunali. Madankollu, xi wħud jibdew proġetti taʼ negozju li jinkuraġġixxu r-​regħba, u jqanqlu lill-​kredenti sħabhom biex jissieħbu jew jinvestu magħhom. Ħafna minn dawn il-​proġetti jfallu, u dawk li jieħdu sehem fihom jonfqu somom kbar taʼ flus. Għalkemm dawk li ngħaqdu fl-​intrapriża forsi tqanqlu mix-​xewqa li jaqilgħu l-​flus malajr, dak li jorganizza kollox m’għandux jaħseb li hu bla ħtija f’każ li l-​proġett ifalli. Hu jrid jikkunsidra bir-​reqqa minn qabel kif il-​benesseri spiritwali u fiżiku taʼ ħutu jistaʼ jiġi effettwat f’każ li l-​proġett ma jirnexxix. L-​iktar li jridu joqogħdu attenti dwar ix-​xogħlijiet sekulari tagħhom huma dawk li għandhom xi responsabbiltà teokratika minħabba li oħrajn iħarsu lejhom b’rispett u jpoġġu fiduċja kbira fihom. Ikun ħażin li dawn jabbużaw minn dik il-​fiduċja. Jekk xi ħu jitlef ir-​rispett t’oħrajn jistaʼ jitlef ukoll il-​privileġġi tas-​servizz sagru.

4 Il-​mira tagħna għandha tkun li “kollox iservi għall-​edifikazzjoni.” (1 Kor. 14:26) Irridu nevitaw li nagħmlu xi ħaġa li tqanqal attivitajiet kummerċjali ġewwa l-​kongregazzjoni jew li tmexxihom ’il quddiem. Affarijiet bħal dawn m’għandhom x’jaqsmu xejn mar-​raġunijiet Skritturali tagħna għala niltaqgħu flimkien.—Lhud 10:24, 25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja