Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Lulju
12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal April kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali, billi tfaħħar għall-qċaċet il-ġodda li ntlaħqu (ara l-kummenti taħt ir-rapport). Idderieġi l-attenzjoni lejn il-kaxxa “Ħares Lejn l-Aħħar Paġna,” u agħmel turija taʼ waħda mill-preżentazzjonijiet suġġeriti li tistaʼ tkun effettiva fit-territorju lokali.
15 min: “Ma Nistgħux Ma Nitkellmux.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Enfasizza r-raġunijiet għala nieħdu l-inkarigu tagħna taʼ l-ippridkar b’daqshekk serjetà. Inkludi punti xierqa mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 1997, paġni 17, 18.
18 min: “Kollox Iservi għall-Edifikazzjoni.” Żewġ anzjani jiddiskutu l-artiklu. Aqraw kull paragrafu u l-iskritturi ċitati. Enfasizzaw il-prinċipji involuti u l-bżonn għall-għaqal meta wieħed jittratta kwistjonijiet tan-negozju jew jagħmel xi investimenti. Irrevedu l-pariri fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April, 1997, paġni 18-19, 22.
Għanja 15 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Spjega fil-qosor kif nistgħu nużaw il-fuljett Jehovah—Min Hu? sabiex ngħinu lil persuna interessata tapprezza l-bżonn li tkun taf u tuża l-isem persunali t’Alla.—Ara l-ktieb Reasoning, paġni 196-7.
15 min: “Tapprezzahom Int l-Affarijiet Sagri?” Taħdita minn anzjan. Enfasizza l-importanza taʼ li nattendu t-tlett ijiem kollha tal-konvenzjoni distrettwali.
20 min: Min Għandu Jkun il-Mudell li Għandek Timita? Missier jikkonduċi l-istudju tal-familja tiegħu m’adolexxent jew tnejn. Dan l-aħħar hu osserva li l-konversazzjonijiet tagħhom taʼ spiss kienu fuq l-eroj taʼ l-isports, l-aqwa atturi tal-films, il-personalitajiet tat-TV, u l-mużiċisti. Hu jesprimi t-tħassib tiegħu għax dan it-tip taʼ interess huwa turija taʼ l-ispirtu tad-dinja. Huma jiddiskutu l-Awake! tat-22 taʼ Mejju, 1998, paġni 12-14. Iż-żgħażagħ jirrealizzaw li hemm periklu f’li jagħmlu dawn il-figuri dinjin l-idolu tagħhom u jaqblu li l-prominenza dinjija ma toffri xejn lill-Kristjani. Huma jikkunsidraw il-benefiċċji taʼ li jqisu lill-ġenituri, lill-anzjani, lil uħud eżemplari oħra fil-kongregazzjoni—u speċjalment lil Ġesù Kristu—bħala l-mudelli li għandhom jimitaw.
Għanja 34 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Lulju
5 min: Avviżi lokali.
17 min: “Għala Għandna Nagħtu Kontribuzzjonijiet b’Mod Regulari?” Taħdita b’diskussjoni maʼ l-udjenza. Enfasizza l-bżonn li nippjanaw sew sabiex ma ninjorawx il-privileġġ taʼ li nikkontribwixxu finanzjarjament biex nappoġġaw ix-xogħol tas-Saltna. Inkludi tfakkira taʼ l-ispejjeż involuti meta tinkera sala sabiex tinżamm assemblea jew konvenzjoni.
8 min: “Ħa Jsir Kollox Fostkom bl-Imħabba.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Irrakkonta ftit mid-diffikultajiet li jirriżultaw meta individwi jonqsu li jimxu skond id-direzzjonijiet provduti.
15 min: “Oqgħod Attent għall-Orakli Sagri.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Enfasizza r-raġunijiet għala lkoll kemm aħna rridu nkunu f’postna meta tkun se tibda kull sessjoni.
Għanja 54 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Lulju. Idderieġi l-attenzjoni lejn il-“Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit.” Ħabbar id-data taʼ l-assemblea tas-circuit li jmiss: 25-6 taʼ Novembru, 2000 fil-Golden Sands Hotel.
17 min: “Ġib Ruħek Sew Sabiex Tigglorifika lil Alla.” Anzjan jiddiskuti l-artiklu maʼ grupp taʼ familja. Huma jirrevedu x’għandhom bżonn jagħmlu sabiex iżommu l-ordni, il-manjieri tajbin, l-indafa, kif ukoll id-dehra u l-kondotta eżemplari f’postijiet pubbliċi.
18 min: “Tapprezzaha Int il-Paċenzja taʼ Jehovah?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti xierqa dwar is-sabar fit-tul taʼ Jehovah.—Ara l-Insight, it-2 Volum, paġni 263-4.
Għanja 75 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 7 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali.
17 min: “Tistħi Xejn?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrakkonta esperjenza inkuraġġanti min-1997 Yearbook, paġni 43-4.
18 min: Sir Għaref fil-Futur Tiegħek. Taħdita minn anzjan. Iż-żgħażagħ jixtiequ jgawdu futur ferrieħi maʼ dawk li jħobbu. Għalkemm dan huwa naturali, huma jridu japplikaw il-parir t’Alla jekk iridu jgawdu s-suċċess. (Prov. 19:20) L-attrazzjoni lejn is-sess oppost hija qawwija fiż-żgħożija. Jekk is-sentimenti ma jiġux kontrollati, ir-riżultati jistgħu jkunu diżastrużi. Iqumu ħafna mistoqsijiet dwar kemm l-adolexxenti jkunu qed jużaw l-għerf jekk jinvolvu ruħhom emozzjonalment mas-sess oppost, billi jiżviluppaw relazzjonijiet romantiċi li jwassluhom biex jibdew joħorġu flimkien. Irrevedi t-twissija mogħtija fil-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu, paġni 231-5. Enfasizza l-punti ewlenin fit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru, 1999, paġni 18-23, li juru l-importanza taʼ li ż-żgħażagħ iwettqu l-obbligu sħiħ tagħhom lejn Alla. Inkuraġġixxi lill-adolexxenti biex jaħsbu fuq dan il-parir u jekk għandhom xi mistoqsijiet jiddiskutuhom mal-ġenituri tagħhom.
Għanja 101 u talba taʼ l-għeluq.