LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/08 p. 1
  • Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Alla Jistaʼ Jgħinek Tipprepara għall-Jum il-Kbir Tiegħu
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Il-Jum taʼ Ġeħova—Tema Vitali
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Ogħġob lil Alla bil-Kondotta u bl-Aġir Tiegħek
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Il-Messaġġi taʼ Ġeħova għall-Imgħoddi u għal-Lum
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 7/08 p. 1

Għix bil-​Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok

1 “Il-​jum il-​kbir tal-​Mulej fil-​qrib! Fil-​qrib, u riesaq b’ħeffa li ma bħalha!” (Sof. 1:14) Sofonija u l-​11-il profeta l-​oħrajn hekk imsejħin Profeti ż-​Żgħar għexu bil-​jum taʼ Ġeħova f’moħħhom. Se niġu megħjunin nippreparaw għall-​jum li jqanqal il-​biżaʼ meta se nikkunsidraw il-​kitbiet ispirati tagħhom fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni tagħna kif inhuma spjegati fil-​ktieb Għix bil-​Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok.—Sof. 2:2, 3.

2 Aspetti Uniċi: Il-​ktieb Il-​Jum taʼ Ġeħova ma jiffokax fuq it-​tifsir simboliku jew ma jispjegax vers b’vers dawn it-​12-il ktieb profetiku, imma minflok jispjega kif dawn il-​kitbiet ispirati japplikaw f’sitwazzjonijiet reali li niffaċċjaw fil-​ħajja taʼ kuljum. Dan jenfasizza li għandna nżommu f’moħħna li l-​jum taʼ Ġeħova hu qrib ħafna, u li dan għandu jeffettwa d-​deċiżjonijiet u l-​azzjonijiet tagħna. Il-​ktieb jiffoka fuq kwistjonijiet dwar il-​ħajja tal-​familja, ir-​relazzjonijiet maʼ sħabna fit-​twemmin, l-​għażla tad-​divertiment, il-​ministeru tagħna, u d-​deċiżjonijiet li jinvolvu l-​karriera.

3 L-​ewwel sezzjoni tal-​ktieb tagħtina informazzjoni dwar it-​12-il profeta u l-​kitbiet tagħhom. Min kienu? Liema sitwazzjonijiet bħal tagħhom niffaċċjaw illum? It-​tieni sezzjoni tiffoka fuq Ġeħova u l-​kwalitajiet tiegħu. Liema għarfien jagħtuna dawn il-​profeti dwar Ġeħova u l-​personalità tiegħu? It-​tielet sezzjoni tiffoka fuq l-​imġiba tagħna u kif nittrattaw m’oħrajn. Kif nistgħu nogħġbu lil Alla kuljum b’modi prattiċi? Ir-​rabaʼ sezzjoni tispjega kif nistgħu ngħixu ferħanin waqt li nistennew il-​jum taʼ Ġeħova.

4 Ippjana Issa Biex Tibbenefika: Kun determinat minn issa li tibbenefika bis-​sħiħ mill-​istudju tal-​ktieb Il-​Jum taʼ Ġeħova, li se nibdew nistudjawh fil-​ġimgħa li tibda mill-​4 t’Awissu, 2008! Ippjana li tkun preżenti għall-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni kull ġimgħa. Ipprepara bir-​reqqa għal kull lezzjoni, u fittex l-​iskritturi biex tara kif inhuma konnessi mal-​materjal preżentat. Immedita fuq l-​informazzjoni billi tistaqsi lilek innifsek, ‘Kif nistaʼ napplika din l-​informazzjoni fid-​dar, fl-​iskola, fix-​xogħol, fil-​ministeru tiegħi, u fil-​mod kif nittratta maʼ ħuti l-​Kristjani?’ Mur preparat biex tikkummenta fl-​istudju tal-​ktieb ħalli tieħu sehem fl-​inkuraġġiment li jingħata.—Rum. 1:12.

5 Jalla meta nikkunsidraw il-​ktieb Il-​Jum taʼ Ġeħova niġu mħejjijin minn issa ħalli nkunu nistgħu ‘nifilħu’ għal jum Ġeħova li ‘hu kbir u tal-​biżaʼ wisq.’ Dan il-​jum hu tassew fil-​qrib!—Ġoel 2:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja