GĦIX BĦALA KRISTJAN
Nieħdu ħsieb il-postijiet tal-qima tagħna
Is-Swali tas-Saltna huma iktar milli sempliċiment bini; huma postijiet taʼ qima ddedikati lil Ġeħova. Kull wieħed minna kif jistaʼ jieħu ħsieb is-Sala tas-Saltna? Iddiskuti l-mistoqsijiet li ġejjin wara li jintwera l-vidjow Nieħdu ħsieb il-postijiet tal-qima tagħna.
Għal xiex jintużaw is-Swali tas-Saltna tagħna?
Għala għandna nżommu s-Sala tas-Saltna nadifa u miżmuma tajjeb?
Min jieħu ħsieb il-manutenzjoni tas-Sala tas-Saltna?
Is-sigurtà għala hi importanti, u liema eżempji taʼ sigurtà nnotajt fil-vidjow?
Kif nistgħu nonoraw lil Ġeħova bid-donazzjonijiet tagħna?