TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 29-30
Kontribuzzjoni lil Ġeħova
Meta kien qed jinbena t-tabernaklu, in-nies kellhom il-privileġġ li jagħtu l-flus ħalli jappoġġjaw il-qima taʼ Ġeħova, kemm jekk kienu sinjuri u kemm jekk kienu fqar. Illum kif nistgħu nagħtu lil Ġeħova? Mod minnhom hu billi nagħtu l-flus ħalli nappoġġjaw is-Swali tas-Saltna, is-Swali tal-Assembleat, l-uffiċċji tat-traduzzjoni, bini tal-Betel, u bini ieħor iddedikat għall-qima taʼ Ġeħova.
Minn dawn l-iskritturi li ġejjin, x’nitgħallmu dwar li nagħtu kontribuzzjonijiet biex nappoġġjaw il-qima vera?