LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od kap. 16 pp. 162-168
  • Fratellanza magħquda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fratellanza magħquda
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • AĠĠUSTAMENTI FIL-​ĦSIEB
  • INŻOMMU L-​UNITÀ INTERNAZZJONALI TAGĦNA
  • TĦASSIB GĦAL XULXIN
  • MAGĦŻULIN BIEX NAGĦMLU R-​RIEDA TAʼ ĠEĦOVA
  • Tħares Int Lejn l-Oħrajn Kif Iħares Lejhom Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-​Pedament tad-​Dinja l-​Ġdida Qed Jiġi Fformat Issa
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • L-Għaqda Kristjana Vera—Kif?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • “Ħobbu l-Fratellanza Kollha”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od kap. 16 pp. 162-168

KAPITLU 16

Fratellanza magħquda

GĦAL madwar 1,500 sena, Alla Ġeħova ttratta mal-​ġens tal-​Iżrael bħala l-​poplu għal ismu. (Atti 15:14) Il-​poplu għal isem Ġeħova kellhom ikunu x-​xhieda tiegħu, magħqudin fil-​ħsieb u l-​azzjoni, jgħixu fejn jgħixu fuq l-​art. Li poplu jingħaqad għal isem Alla kellu jkun ir-​riżultat tal-​inkarigu li Ġesù ta lis-​segwaċi tiegħu: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, għammduhom fl-​isem tal-​Missier u tal-​Iben u tal-​ispirtu qaddis, u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.”—Mt. 28:19, 20.

Int parti minn fratellanza Kristjana magħquda madwar id-​dinja li ma tħallix differenzi nazzjonali, tribwali, jew ekonomiċi jifirduha

2 Billi ddedikajt ruħek lil Ġeħova u tgħammidt, int sirt dixxiplu taʼ Ġesù Kristu. Int parti minn fratellanza Kristjana magħquda madwar id-​dinja li ma tħallix differenzi nazzjonali, tribwali, jew ekonomiċi jifirduha. (Salm 133:1) B’hekk, int tħobb u tirrispetta lil sħabek il-​Kristjani fil-​kongregazzjoni. Ftit minnhom jistgħu jkunu taʼ razza jew nazzjonalità differenti jew jistaʼ jkollhom sfond edukattiv differenti u jistgħu ma kinux aċċettabbli għalik soċjalment minħabba dawn id-​differenzi. Bejnietkom hemm rabta taʼ mħabba bejn l-​aħwa li hi bil-​wisq iżjed b’saħħitha minn kwalunkwe relazzjoni oħra, kemm jekk soċjali, reliġjuża, jew tal-​familja.—Mk. 10:29, 30; Kol. 3:14; 1 Pt. 1:22.

AĠĠUSTAMENTI FIL-​ĦSIEB

3 Jekk xi wħud isibuha diffiċli biex jinħelsu minn preġudizzji razzjali, politiċi, soċjali, jew preġudizzji oħrajn li għandhom għeruq fil-​fond, jistgħu jaħsbu fil-​Kristjani Lhud tal-​bidu, li kellhom jinħelsu minn preġudizzji reliġjużi Lhud kontra n-​nies tal-​ġnus l-​oħra kollha. Meta lil Pietru ntqallu biex imur fid-​dar taċ-​ċenturjun Ruman Kornelju, Ġeħova b’qalb tajba ħejja lil Pietru għall-​inkarigu.—Atti, kap. 10.

4 F’viżjoni, lil Pietru ntqallu biex joqtol u jiekol ċerti annimali li għal-​Lhud ma kinux nodfa ċerimonjalment. Meta Pietru oġġezzjona, leħen mis-​sema qallu: “Tibqax issejjaħ imniġġes dak li naddaf Alla.” (Atti 10:15) Kien hemm bżonn dan l-​intervent divin biex Pietru jaġġusta ħsiebu għall-​inkarigu li dalwaqt kien se jirċievi, jiġifieri, li jżur bniedem mill-​ġnus. Meta obda d-​direzzjoni taʼ Ġeħova, Pietru ddikjara lil dawk miġburin: “Tafu tajjeb kemm hu kontra l-​liġi li Lhudi jissieħeb maʼ xi ħadd taʼ razza oħra jew jersaq lejh; iżda Alla wrieni li m’għandi nsejjaħ lil ebda bniedem imniġġes jew mhux nadif. Għalhekk ġejt bla tlaqliq meta talbuni niġi.” (Atti 10:28, 29) Wara dan, Pietru ra b’għajnejh l-​evidenza tal-​approvazzjoni taʼ Ġeħova għal Kornelju u dawk taʼ daru.

5 Sawl taʼ Tarsu, Fariżew taʼ edukazzjoni għolja, kellu jumilja ruħu u jassoċja maʼ dawk li qabel ma kienx jaċċettahom soċjalment. Saħansitra kellu jieħu istruzzjoni mingħandhom. (Atti 4:13; Gal. 1:13-​20; Flp. 3:4-​11) Nistgħu biss nimmaġinaw l-​aġġustamenti li bilfors kellhom isiru fir-​raġunar taʼ nies bħalma huma Serġju Pawlu, Dijonisju, Damari, Filemon, Oneżimu, u oħrajn meta aċċettaw l-​aħbar tajba u saru dixxipli taʼ Ġesù Kristu.—Atti 13:6-​12; 17:22, 33, 34; Flm. 8-​20.

INŻOMMU L-​UNITÀ INTERNAZZJONALI TAGĦNA

6 Bla dubju, l-​imħabba tal-​aħwa fil-​kongregazzjoni għenitek tinġibed lejn Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu. Int osservajt il-​marka ċara taʼ mħabba li tikkaratterizza lid-​dixxipli veri taʼ Ġesù Kristu, bħalma qal hu: “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; bħalma ħabbejtkom jien, ħobbu intom ukoll lil xulxin. B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġw. 13:34, 35) U sirt tapprezza lil Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu jerġaʼ iżjed meta rrealizzajt li l-​imħabba fil-​kongregazzjoni hi biss riflessjoni tal-​imħabba li teżisti fil-​fratellanza dinjija! Int qed tesperjenza t-​twettiq tal-​profezija Biblika dwar il-​ġbir tan-​nies fl-​aħħar jiem biex iqimu lil Ġeħova fil-​paċi u l-​unità.—Mik. 4:1-​5.

7 Meta tqis li jeżistu ħafna fatturi li joħolqu firda llum, min qatt ħaseb li kien possibbli tgħaqqad nies “minn kull ġens u tribù u poplu u lsien”? (Riv. 7:9) Qis id-​differenzi li hemm bejn in-​nies taʼ soċjetà b’teknoloġija avanzata u dawk li jżommu maʼ drawwiet tribwali tal-​qedem. Ħares lejn ir-​rivalitajiet reliġjużi fost nies tal-​istess razza u nazzjonalità. Peress li n-​nazzjonaliżmu qed isir dejjem iktar popolari, in-​nies saru iktar mifrudin politikament minn qatt qabel. U jekk tqis differenzi ekonomiċi flimkien maʼ fatturi bla għadd oħra li joħolqu firda, il-​fatt li individwi jingħaqdu minn kull ġens, lingwa, grupp, u klassi f’rabta li ma tinħallx taʼ mħabba u paċi hu miraklu li jistaʼ jwettaq biss Alla li Jistaʼ Kollox.—Żak. 4:6.

8 Imma unità bħal din hi realtà, u meta sirt Xhud taʼ Ġeħova dedikat u mgħammed, int sirt parti minnha. Peress li tibbenefika minn din l-​unità, għandek ir-​responsabbiltà li tgħin biex tinżamm. Dan isir billi tagħti kas il-​kliem tal-​appostlu Pawlu misjub f’​Galatin 6:10: “Dment li għandna ż-​żmien favorevoli għal dan, ħa nagħmlu t-​tajjeb maʼ kulħadd, imma speċjalment maʼ min jiġi minna fil-​fidi.” Insegwu wkoll dan il-​parir: “Tagħmlu xejn bi ġlied jew bi kburija, imma b’umiltà tqisu lill-​oħrajn superjuri għalikom. Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.” (Flp. 2:3, 4) Sakemm nibqgħu nitħarrġu biex naraw lil ħutna kif jarahom Ġeħova u mhux skont dak li huma fil-​laħam, se nkomplu ngawdu relazzjonijiet paċifiċi u henjin magħhom.—Efes. 4:23, 24.

TĦASSIB GĦAL XULXIN

9 Bħalma wriena l-​appostlu Pawlu, il-​kongregazzjoni mhix mifruda imma dawk kollha fiha jimpurtahom minn xulxin. (1 Kor. 12:14-​26) Forsi aħna mifrudin b’distanzi kbar minn uħud fil-​fratellanza dinjija tagħna, imma xorta jinteressana minn kif jinsabu. Jekk xi wħud minn ħutna qed jiġu ppersegwitati, il-​bqija tal-​aħwa jkunu mnikktin ferm. Jekk xi wħud ikunu fil-​bżonn jew sfaw vittmi taʼ diżastru jew gwerra jew taqbid ċivili, il-​bqija jkunu ħerqanin biex isibu mezz kif jagħtu għajnuna spiritwali kif ukoll materjali.—2 Kor. 1:8-​11.

10 Ilkoll kemm aħna għandna nitolbu għal ħutna kuljum. Uħud qed jiffaċċjaw tentazzjonijiet biex jagħmlu l-​ħażen. Oħrajn jesperjenzaw tbatija li forsi ħaddieħor jaf biha. Jerġaʼ oħrajn iħabbtu wiċċhom maʼ oppożizzjoni minn sħabhom tax-​xogħol u minn qraba li mhumiex fil-​verità, li ftit ikunu jafu dwarha. (Mt. 10:35, 36; 1 Tess. 2:14) Ilkoll nitħassbu dwar dan għax aħna sħubija dinjija taʼ aħwa. (1 Pt. 5:9) Fostna hemm dawk li qed jaħdmu iebes fis-​servizz taʼ Ġeħova billi jieħdu t-​tmexxija fix-​xogħol tal-​ippritkar u fil-​kongregazzjonijiet. Ukoll, hemm dawk li huma inkarigati bl-​indokrar tax-​xogħol madwar id-​dinja. Kollha jeħtieġu t-​talb tagħna, li permezz tiegħu nuru l-​imħabba u l-​interess ġenwin tagħna, anki meta forsi ma jkun hemm xejn iktar x’nistgħu nagħmlu biex inkunu t’għajnuna personalment.—Efes. 1:16; 1 Tess. 1:2, 3; 5:25.

11 Bl-​inkwiet kollu li hawn fuq l-​art matul dawn l-​aħħar jiem, in-​nies taʼ Ġeħova għandhom ikunu preparati biex jgħinu lil xulxin. Kultant, id-​diżastri, bħal terremoti u għargħar, jitolbu biex isiru sforzi għall-​għajnuna u arranġamenti għal ammont kbir taʼ assistenza materjali. Il-​Kristjani tal-​ewwel seklu taw eżempju mill-​aħjar f’dan ir-​rigward. Peress li ftakru fil-​parir taʼ Ġesù, id-​dixxipli f’artijiet oħra minn qalbhom bagħtu għotjiet materjali lill-​aħwa fil-​Lhudija waqt żmien taʼ ġuħ. (Atti 11:27-​30; 20:35) L-​appostlu Pawlu organizza l-​għajnuna biex kollox isir bl-​ordni. (2 Kor. 9:1-​15) Fi żmienna, meta ħutna jisfaw vittmi taċ-​ċirkustanzi u jkunu jeħtieġu għajnuna materjali, l-​organizzazzjoni u Kristjani individwali jkunu ħfief biex iwieġbu u jipprovdu dak li jkun meħtieġ.

MAGĦŻULIN BIEX NAGĦMLU R-​RIEDA TAʼ ĠEĦOVA

12 Il-​fratellanza dinjija magħquda tagħna hi organizzata biex tagħmel ir-​rieda taʼ Ġeħova. F’dan iż-​żmien, ir-​rieda tiegħu hi li l-​aħbar tajba tas-​Saltna tiġi pritkata fl-​art kollha bħala xhieda lill-​ġnus kollha. (Mt. 24:14) Waqt li nkunu qed nagħmlu dan ix-​xogħol, hi r-​rieda taʼ Ġeħova li dejjem inġibu ruħna fi qbil mal-​livelli morali u għoljin tiegħu. (1 Pt. 1:14-​16) Għandna nkunu lesti li nissottomettu ruħna lejn xulxin u li naħdmu għall-​avanz tal-​aħbar tajba. (Efes. 5:21) Bħal qatt qabel, dan mhuwiex żmien biex infittxu l-​interessi persunali tagħna, imma biex inpoġġu s-​Saltna t’Alla l-​ewwel f’ħajjitna. (Mt. 6:33) Jekk inżommu dan f’moħħna hekk kif naħdmu flimkien għall-​ġid tal-​aħbar tajba, ikollna ferħ u sodisfazzjon issa u naslu għal barkiet dejjiema.

13 Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, aħna uniċi, magħżulin mill-​bqija tal-​umanità bħala poplu nadif, żelużi fis-​servizz lil Alla tagħna. (Titu 2:14) Il-​qima tagħna lil Ġeħova tagħmilna differenti. Mhux biss naħdmu spalla maʼ spalla maʼ ħutna madwar id-​dinja imma nitkellmu l-​lingwa waħda tal-​verità u naġixxu f’armonija mal-​verità li llissnu. Dan kien imbassar meta Ġeħova ddikjara permezz tal-​profeta tiegħu Sofonija: “Se nagħti lill-​popli l-​bidla għal lingwa pura, biex ilkoll isejħu isem Ġeħova, biex jaqduh spalla maʼ spalla.”—Sof. 3:9.

14 Imbagħad Ġeħova nebbaħ lil Sofonija biex jiddeskrivi l-​fratellanza dinjija li llum saret realtà: “Dawk li jifdal minn Israel ma se jagħmlu ebda inġustizzja, lanqas ma se jgħidu xi gidba jew jinstab f’fommhom ilsien qarrieq; għax huma nfushom se jieklu u jimteddu fil-​wisaʼ, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.” (Sof. 3:13) Peress li ksibna fehma dwar il-​Kelma tal-​verità taʼ Ġeħova u ġeddidna moħħna u ġibna ħajjitna fi qbil mal-​livelli taʼ Ġeħova, nistgħu naħdmu f’unità. Inwettqu dak li jidher li hu impossibbli f’għajnejn dawk li jħarsu lejn l-​affarijiet minn kif jarahom il-​bniedem. Iva, aħna tabilħaqq poplu distint, il-​poplu t’Alla, li jġiblu unur fl-​art kollha.—Mik. 2:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja