LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/13 pp. 4-5
  • Robert Boyle

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Robert Boyle
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • RAĠEL TAʼ XJENZA
  • RAĠEL TAʼ FIDI
  • Il-Bibbja taʼ Bedell—Pass żgħir għal fehma aħjar tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Nintroduċulek l-Irish Wolfhound
    Stenbaħ!—1999
  • Sors Uniku taʼ Għerf Superjuri
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Tagħlim Veru li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 5/13 pp. 4-5

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Robert Boyle

Meta dawk li jħobbu x-​xjenza jisimgħu l-​isem Robert Boyle għandhom mnejn jiftakru fil-​liġi taʼ Boyle li semmieha għalih—liġi naturali li tispjega l-​konnessjoni bejn il-​pressjoni u l-​volum fil-​gassijiet. L-​iskoperta importanti tiegħu għamlet il-​pedament għal għadd kbir taʼ żviluppi xjentifiċi li ġew wara. Imma Robert Boyle ma kienx biss xjentist kapaċi. Huwa kunsidrat ukoll bħala raġel li kellu fidi kbira f’Alla u fil-​Kelma ispirata Tiegħu, il-​Bibbja.

BOYLE twieled f’familja sinjura fil-​Kastell taʼ Lismore, l-​Irlanda, fl-​1627. Dan kien perijodu viċin dak li l-​istorjografi jsejħulu ż-​żmien tar-​raġuni—żmien meta rġiel intelliġenti pprovaw jeħilsu lill-​bnedmin mill-​fanatiżmi li r-​razza umana kienet ilha sekli sħaħ imjassra minnhom. Boyle kellu din l-​istess mira. F’awtobijografija taʼ meta kien żagħżugħ, sejjaħ lilu nnifsu Philaretus, li jfisser “Wieħed li Jħobb il-​Virtù.”

Ix-​xewqa taʼ Boyle li jitgħallem il-​verità kienet b’saħħitha daqs ix-​xewqa kbira li kellu biex jaqsam kulma jitgħallem m’oħrajn. Hu kien jikteb ħafna, u dak li kiteb kellu effett kbir fuq ħafna minn dawk li kienu jgħixu fi żmienu, inkluż ix-​xjentist famuż Sir Isaac Newton. Fl-​1660, Boyle sar wieħed mill-​fundaturi tas-​Soċjetà Rjali, istituzzjoni xjentifika li għadha teżisti f’Londra, l-​Ingilterra.

RAĠEL TAʼ XJENZA

Boyle ġie deskritt bħala missier il-​kimika. Hu uża metodu differenti għalkollox minn dak tal-​alkemisti (uħud li kienu jistudjaw il-​kimika fil-​Medju Evu) taʼ żmienu. Huma żammew sigriet dak li skoprew jew inkella kitbuh bi kliem li ma kienx jinftiehem u li ftit nies barra mill-​klikka tagħhom setgħu jifhmuh. B’kuntrast, Boyle ippubblika bil-​miftuħ id-​dettalji kollha taʼ xogħlu. Iżjed minn hekk, minflok ma sempliċement aċċetta teoriji li kienu ilhom stabbiliti, hu emmen li kien ikun iktar preċiż jekk juża esperimenti regolati biex jistabbilixxi l-​fatti.

L-​esperimenti taʼ Boyle appoġġaw l-​idea li l-​materja hi magħmula minn dawk li hu sejħilhom korpuskli, tip taʼ frak, li ngħaqad b’modi differenti biex jifforma sustanzi differenti.

Il-​metodu li uża Boyle għar-​riċerka xjentifika jinġabar tajjeb fil-​ktieb famuż tiegħu The Sceptical Chymist. Hemmhekk jissuġġerixxi li x-​xjentisti m’għandhomx ikunu arroganti jew dommatiċi u għandhom ikunu lesti li jammettu l-​iżbalji tagħhom. Boyle insista li dawk b’opinjonijiet sodi għandhom jiddistingwu b’attenzjoni bejn l-​affarijiet li kienu jafu li kienu minnhom u l-​affarijiet li kienu jaħsbu li kienu minnhom.

Boyle insista li dawk b’opinjonijiet sodi għandhom jiddistingwu b’attenzjoni bejn l-​affarijiet li kienu jafu li kienu minnhom u l-​affarijiet li kienu jaħsbu li kienu minnhom

RAĠEL TAʼ FIDI

Boyle uża l-​istess metodu fejn kienu jidħlu l-​affarijiet spiritwali. Dak li skopra dwar l-​univers u l-​mod meraviljuż kif inhuma maħluqin il-​ħlejjaq ħajjin ikkonvinċieh li bilfors hemm Disinjatur u Ħallieq. Allura ċaħad it-​twemmin tal-​ateiżmu li kien qed jinfirex fost l-​intellettwali taʼ żmienu. Boyle ikkonkluda li kull min juża l-​qawwa tar-​raġuni tiegħu bl-​onestà, ma jistax ma jemminx f’Alla.

Madankollu, Boyle ma ħasibx li r-​raġunar tal-​bniedem waħdu kien se jwasslu għall-​verità reliġjuża. Hu ra l-​bżonn taʼ xi tip taʼ rivelazzjoni mingħand Alla. Hu qal li din ir-​rivelazzjoni kienet il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.

Boyle tnikket meta ra li ħafna ma kinux familjari mat-​tagħlim tal-​Bibbja u donnhom ma kellhom ebda bażi solida għat-​twemmin reliġjuż tagħhom. Kif jistaʼ jkun sewwa, staqsa hu, li t-​twemmin reliġjuż taʼ bniedem ikun ibbażat biss fuq dak li emmnu l-​ġenituri tiegħu jew fuq fejn inzerta twieled? Boyle żviluppa xewqa kbira biex jgħin lin-​nies ikabbru l-​għarfien tagħhom tal-​Bibbja.

Għal dan l-​għan, Boyle ta l-​flus biex jappoġġa l-​pubblikazzjoni tal-​Bibbja f’diversi lingwi. Fosthom kien hemm ftit mil-​lingwi tal-​ewwel nies li kienu jgħixu fl-​Amerika taʼ Fuq, kif ukoll l-​Għarbi, l-​Irlandiż, il-​Malay, u t-​Tork. Robert Boyle b’hekk wera li kien raġel kapaċi iżda umli b’xewqa kbira biex isib il-​verità f’kull kwistjoni u biex jgħin lil oħrajn jagħmlu l-​istess.

FATTI FIL-​QOSOR:

  • Twieled l-​Irlanda fl-​1627.

  • Issejjaħ missier il-​kimika.

  • L-​ewwel xjentist magħruf sew li ppubblika deskrizzjonijiet dettaljati tal-​metodi tiegħu biex jagħmel esperimenti regolati sew.

  • Il-​kitba tiegħu influwenzat bil-​kbir lil Sir Isaac Newton, li kien iżgħar minnu u li għex fl-​istess żmien tiegħu.

  • Appoġġa finanzjarjament it-​traduzzjoni tal-​Bibbja f’diversi lingwi.

  • Miet l-​Ingilterra fl-​1691 fl-​età taʼ 64 sena.

IL-​BIBBJA BL-​IRLANDIŻ

Robert Boyle kien jaf li sa mill-​1573, grupp taʼ studjużi kienu bdew jittraduċu partijiet tal-​Bibbja bl-​Irlandiż. Fl-​1602, huma ppubblikaw bl-​Irlandiż il-​parti li hi magħrufa minn ħafna bħala t-​Testment il-​Ġdid. Iktar tard, fl-​1640, tlestiet it-​traduzzjoni bl-​Irlandiż tal-​Iskrittura Ebrajka, magħrufa bħala t-​Testment il-​Qadim. Din il-​verżjoni partikulari ma ġietx stampata sal-​1685, wara li Boyle appoġġa l-​proġett finanzjarjament. Taʼ interess, il-​kotba tal-​Apokrifa wkoll kienu ġew tradotti bl-​Irlandiż. L-​Apokrifa hija ġabra taʼ kitbiet mhux mill-​Bibbja li spiss jingħaqdu mal-​Bibbja u jiġu pubblikati magħha bħala ktieb wieħed. Però, Boyle, peress li kien iħobb il-​verità, irrifjuta li jippubblika dawn il-​kotba foloz.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja