LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 6/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Iċ-​Ċina
  • Id-​Dinja
  • Il-​Kanada
  • L-​Irlanda
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Tiġijiet li Huma Onorabbli fil-Ħarsa t’Alla u tal-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Żid mal-Ferħ u d-Dinjità tal-Ġurnata tat-Tieġ Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Id-Dinja Affaxxinanti taʼ l-Insetti
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2014
g 6/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Iċ-​Ċina

Koppja divorzjata

Ir-​rata tad-​divorzju f’Beijing sparat għal 41 fil-​mija matul l-​ewwel disaʼ xhur fl-​2013 meta mqabbla mal-​istess perijodu fl-​2012. L-​esperti jaħsbu li l-​qabża setgħet kienet ikkawżata minn koppji li pprovaw jevitaw taxxa t’20 fil-​mija imposta reċentement fuq qligħ kapitali minn bejgħ taʼ djar. F’ċerti kundizzjonijiet, jingħata tnaqqis fit-​taxxa lil kwalunkwe koppja divorzjata li tbigħ it-​tieni dar.

Id-​Dinja

Platt t’insetti li jittieklu

Il-​Ġnus Magħquda pproponiet il-​possibbiltà li iktar nies jieklu l-​insetti bħala mezz biex titnaqqas il-​malnutrizzjoni. Peress li l-​insetti li jittieklu għandhom valur għoli taʼ nutriment u jieklu affarijiet li l-​bnedmin ma jistgħux, huma jirrappreżentaw “alternattiva promettenti għall-​produzzjoni regolari tal-​laħam,” jgħid rapport reċenti. Iżda, id-​dokument jagħraf li “f’ċerti soċjetajiet hemm min jitqażżeż jiekol” l-​insetti.

Il-​Kanada

Fliexken żgħar taʼ embriji umani

Kliniki tal-​fertilità qed jissaraw mad-​dilemma legali u morali taʼ x’jagħmlu b’embriji umani ffriżati li “s-​sidien” tagħhom ma jistgħux jinstabu. Jingħad li klinika waħda għandha 1,000 embriju vijabbli li huma taʼ pazjenti tal-​fertilizzazzjoni artifiċjali li “essenzjalment sparixxew.”

L-​Irlanda

Servizz taʼ tieġ ateu

Kattoliċi li żżewġu fl-​Irlanda sal-​2013 kellhom jagħżlu bejn ċerimonja reliġjuża u ċerimonja ċivili. Imbagħad saret disponibbli l-​għażla taʼ tieġ sekulari mmexxi minn grupp umanista. Skont rapport tal-​aħbarijiet taʼ Reuters, “domanda minn dawk li jridu iżjed minn ċerimonja biċ-​ċivil f’uffiċċju tar-​reġistru imma li ma jridux tieġ reliġjuż ħolqot staġnar” għal min jipprovdi din l-​għażla ġdida.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja