LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 2 pp. 10-11
  • Embrijologu jispjega t-twemmin tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Embrijologu jispjega t-twemmin tiegħu
  • Stenbaħ!—2016
  • Materjal Simili
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-Xjentisti
    Stenbaħ!—2021
  • Bijokimika Tispjega t-Twemmin Tagħha
    Stenbaħ!—2013
  • Aħna Magħmulin “b’Mod taʼ l-Għaġeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 2 pp. 10-11
Yan-Der Hsuuw iħares fil-mikroskopju

INTERVISTA | YAN-​DER HSUUW

Embrijologu jispjega t-​twemmin tiegħu

IL-​Professur Yan-​Der Hsuuw hu d-​direttur tar-​riċerka tal-​embriji fin-​National Pingtung University of Science and Technology fit-​Tajwan. Darba kien jemmen bl-​evoluzzjoni, iżda wara li sar xjentist tar-​riċerka bidel ħsiebu. Hu spjega r-​raġunijiet tiegħu lil Stenbaħ!

Jekk jogħġbok għidilna xi ħaġa dwarek.

Yan-Der Hsuuw

Twelidt fl-​1966 u trabbejt fit-​Tajwan. Ir-​reliġjon tal-​ġenituri kienet ibbażata kemm fuq it-​Taoiżmu kif ukoll fuq il-​Buddiżmu. Għalkemm konna nqimu lill-​antenati tagħna u nitolbu quddiem l-​istatwi, qatt ma ħsibna dwar Alla bħala l-​wieħed li ħalaq kollox.

Għala studjajt il-​bijoloġija?

Bħala tifel, kont nieħu gost nieħu ħsieb il-​pets, u ridt nitgħallem kif intaffi t-​tbatija tal-​annimali u n-​nies. Għal xi żmien studjajt il-​mediċina veterinarja, u iktar tard studjajt l-​embrijoloġija—qasam li kont nittama li kien se jgħinni nifhem ukoll l-​oriġini tal-​ħajja.

Dak iż-​żmien kont temmen bl-​evoluzzjoni. Tistaʼ tgħidilna għala?

Il-​professuri tal-​università għallmu l-​evoluzzjoni, u sostnew li l-​evidenza tappoġġjaha. Jien kont nemminhom.

Għala bdejt taqra l-​Bibbja?

Kelli żewġ raġunijiet. L-​ewwel, irraġunajt li minn dawk il-​ħafna allat li n-​nies iqimu, wieħed għandu jkun ikbar mill-​oħrajn. Imma liema wieħed? It-​tieni, kont naf li l-​Bibbja hi ktieb rispettat ħafna. Allura ngħaqadt f’lezzjonijiet tal-​istudju tal-​Bibbja.

Fl-​1992, meta bdejt nistudja fil-​Catholic University of Leuven, il-​Belġju, mort fi knisja Kattolika u tlabt lill-​qassis jgħinni nifhem il-​Bibbja, imma ma laqax it-​talba tiegħi.

Allura l-​ġuħ spiritwali tiegħek kif inqataʼ?

Sentejn wara, waqt li kont għadni l-​Belġju nagħmel riċerka xjentifika, iltqajt maʼ mara Pollakka jisimha Ruth, li kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kienet tgħallmet iċ-​Ċiniż biex tgħin lil studenti universitarji li riedu jitgħallmu dwar Alla. Kont tlabt għal għajnuna bħal din, allura fraħt ħafna meta ltqajt maʼ din il-​mara.

Ruth urietni li l-​Bibbja, filwaqt li mhix ktieb xjentifiku, hi fi qbil max-​xjenza. Pereżempju, il-​kittieb Bibliku David f’talb lil Alla qal: “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju, u fil-​ktieb tiegħek inkitbu l-​partijiet kollha tiegħi, dwar iż-​żmien meta ġew ifformati u ma kien għad hemm ebda parti teżisti.” (Salm 139:16) Għalkemm David kien qed juża lingwa poetika, fir-​realtà qal sew! Saħansitra qabel jifformaw partijiet tal-​ġisem, l-​istruzzjonijiet għall-​iżvilupp tagħhom kollha jkunu hemm. L-​eżattezza tal-​Bibbja għenitni nikkonvinċi ruħi li hi l-​Kelma t’Alla. Bdejt nifhem ukoll li hemm biss Alla veru wieħed, Ġeħova.1

Xi kkonvinċiek li Alla ħalaq il-​ħajja?

Waħda mill-​miri tar-​riċerka xjentifika hi li tinstab il-​verità, mhux li jiġu appoġġjati ideat li diġà kienu jeżistu. L-​istudju li għamilt fuq l-​iżvilupp tal-​embriju wassalni biex nibdel l-​opinjoni tiegħi—jiġifieri, ikkonkludejt li l-​ħajja ġiet maħluqa. Biex inġib eżempju, l-​inġinieri jiddisinjaw linji tal-​immuntar biex il-​partijiet it-​tajba jingħaqdu bl-​ordni kif suppost u bil-​mod it-​tajjeb. L-​iżvilupp tal-​embriju hu xi ħaġa simili imma bil-​wisq iżjed komplikat.

Il-​proċess jibda b’ċellula waħda fertilizzata, hux hekk?

Iva. Din iċ-​ċellula mikroskopika mbagħad tinqasam, u b’hekk jinbeda l-​proċess tal-​qsim taċ-​ċelluli. Għal xi żmien, in-​numru taʼ ċelluli jirdoppja kull 12 sa 24 siegħa. Kmieni f’dan il-​proċess, ċelluli msejħin stem cells (ċelluli mhux speċjalizzati li minnhom jissawru ċelluli speċjalizzati) jifformaw.2 L-​istem cells jistgħu jipproduċu kważi kwalunkwe waħda mill-​madwar 200 tip differenti taʼ ċelluli meħtiġin biex tifforma tarbija kompletament, bħal ċelluli tad-​demm, ċelluli tal-​għadam, ċelluli tan-​nervituri, u nibqgħu sejrin.

L-​istudju tiegħi tal-​iżvilupp tal-​embriju wassalni biex nikkonkludi li l-​ħajja ġiet maħluqa

Iċ-​ċelluli tajbin għandhom jiġu prodotti bl-​ordni kif suppost u fil-​postijiet kif suppost. Dawn l-​ewwel jingħaqdu f’nisġa taʼ ċelluli li mbagħad tifforma f’organi u dirgħajn u riġlejn. Liema inġinier saħansitra joħlom li jikteb istruzzjonijiet għal proċess bħal dan? Madankollu, l-​istruzzjonijiet għall-​iżvilupp tal-​embriju huma miktubin b’mod tal-​għaġeb fid-​DNA. Meta nikkunsidra dan il-​ġmiel kollu nkun konvint li l-​ħajja ġiet disinjata minn Alla.

Għala sirt wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

F’kelma waħda, l-​imħabba. Ġesù Kristu qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Din l-​imħabba hija imparzjali. Mhijiex influwenzata min-​nazzjonalità, kultura, jew il-​kulur tal-​ġilda taʼ persuna. Jien osservajt u wkoll esperjenzajt din it-​tip taʼ mħabba meta bdejt nassoċja max-​Xhieda.

^ 1. Salm 83:18; 1 Korintin 8:5, 6.

^ 2. Minħabba l-​kuxjenza Kristjana tiegħu, il-​Professur Yan-​Der Hsuuw ma jaħdimx bl-​istem cells tal-​embriju uman.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja