LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 11 p. 58-p. 61
  • “Idħol Għand il-Fargħun”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Idħol Għand il-Fargħun”
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Hu Ħa l-Aħjar Deċiżjoni
    B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Alla Jeħles lil Ulied Israel
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 11 p. 58-p. 61

11 MOSÈ

“Idħol Għand il-Fargħun”

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

KIENU għaddew ħafna snin minn meta Mosè telaq mill-Eġittu. Hu kien inbidel ħafna. Issa kellu 80 sena, kien miżżewweġ, u kellu żewġt itfal. Mosè għamel 40 sena jieħu ħsieb in-nagħaġ tal-kunjatu tiegħu fl-art niexfa taʼ Midjan, u dan għenu biex isir raġel umli. Milli jidher, hu ma baqax jaħseb li kien se jkun il-wieħed li jeħles lill-Iżraelin minn taħt l-Eġizzjani.

Ġeħova ra kemm Mosè kien inbidel. Darba waħda, meta Mosè kien ħdejn il-Muntanja Ħoreb (Sinaj), Ġeħova ġiegħel għollieqa taqbad, però din ma kinitx qed tinħaraq. Meta ra dan, Mosè resaq viċin biex jara x’qed jiġri. Mill-għollieqa, Ġeħova kellmu permezz t’anġlu u qallu biex jerġaʼ jmur l-Eġittu u jeħles lill-Iżraelin mit-tbatija li kienu għaddejjin minnha. Biex jinkuraġġih, Alla spjegalu xi jfisser ismu billi qallu: “Jien Se Nsir Dak li Rrid Insir.” Din hi parti importanti mill-isem taʼ Ġeħova għax hu kien se jagħmel dak kollu li kien hemm bżonn biex jeħlishom minn taħt l-Eġizzjani u jagħmilhom poplu b’saħħtu.

Mosè ma kienx ċert jekk għandux imur għax ma ħassux kapaċi biex imur jitkellem quddiem il-Fargħun tal-Eġittu. Imma Ġeħova kkoreġieh u saħħaħlu l-fidi billi għamel xi ħaġa tal-għaġeb. Ġeħova ta l-qawwa lil Mosè biex jagħmel il-mirakli. Din kienet l-ewwel darba li fil-Bibbja naqraw li Ġeħova ta din il-qawwa lil xi ħadd uman. Hu tah ukoll lil ħuh Aron biex jgħinu u jitkellem f’ismu. Fl-aħħar, Mosè aċċetta li jkun il-wieħed li Ġeħova għażel biex jeħles il-poplu tiegħu.​—Lhud 11:26.

Mosè u Aron reġgħu marru l-Eġittu biex jitkellmu mal-Fargħun. Imma l-Fargħun tgħidx kemm irrabja meta sema’ dak li qalulu. Minflok ħeles lill-Iżraelin, hu ordna biex dawn l-ilsiera jaħdmu iktar iebes. Imbagħad, Ġeħova reġaʼ bagħat lil Mosè għand il-Fargħun biex jgħidlu li Ġeħova kien se jġib l-ewwel kastig fuq l-Eġittu. Ġeħova bidel l-ilma tax-Xmara Nil f’demm! Imma l-Fargħun xorta ma ħalliex lill-Iżraelin jitilqu. Ġeħova baqaʼ jgħid lil Mosè biex imur għand il-Fargħun u Mosè b’kuraġġ kull darba mar biex jgħidlu kif Ġeħova kien se jikkastiga l-Eġittu. Imma dan il-mexxej kburi ma riedx jismaʼ. Mir-rabaʼ kastig, Ġeħova pproteġa lill-poplu tiegħu, u għalhekk batew biss l-Eġizzjani.

Mosè u Aron ikellmu lill-Fargħun u lil membri tal-palazz tiegħu.

L-Għaxar Kastigi wrew li la l-allat tal-Eġizzjani, la l-Fargħun, u lanqas il-qassisin li jagħmlu l-maġija ma kellhom il-qawwa biex iwaqqfuhom. Imma l-Fargħun baqaʼ jwebbes rasu u xorta ma ħalliex l-ilsiera tiegħu jitilqu. Fid-disaʼ kastig, Ġeħova ġab dalma kbira fuq l-Eġittu kollu, imma l-Iżraelin xorta waħda kellhom id-dawl fid-djar tagħhom. Għall-ewwel, il-Fargħun qabel li jħalli lill-Iżraelin jitilqu, imma mbagħad reġaʼ biddel fehemtu. Hu wissa lil Mosè li jekk jerġaʼ jidħol għandu, żgur kien se joqtlu.

Għal darba wara l-oħra Mosè kellu jiffaċċja r-rabja tal-iktar mexxej b’saħħtu li kien hemm fuq l-art

Imbagħad Ġeħova bagħat l-għaxar kastig. Kull l-ewwel imwieled tal-Eġizzjani u tal-annimali li kellhom mietu. It-tifel tal-Fargħun ukoll miet. Il-Fargħun ġie umiljat u bagħat għal Mosè biex imur għandu. Mosè mar għall-aħħar darba. Il-Fargħun ħeles lill-Iżraelin u qal lil Mosè biex ibierku. Fl-aħħar, wara 430 sena li Abraham kien daħal fl-Art Imwiegħda, in-nies taʼ Ġeħova nħelsu! (Eżo. 12:40, 41) Meta l-Iżraelin telqu mill-Eġittu, magħhom telqu “ħafna barranin” li x’aktarx ħafna minnhom kienu Eġizzjani. Però għal darb’oħra, il-Fargħun reġaʼ biddel fehemtu u mar jiġri bl-armata kbira tiegħu għal wara l-Iżraelin!

Mosè u l-Iżraelin waslu ħdejn il-Baħar l-Aħmar imma deher li ma kienx hemm mod kif setgħu jaħarbu. L-Iżraelin bdew jibżgħu u Mosè talab lil Ġeħova biex jgħinhom. Ġeħova wiġibhom billi għamel wieħed mill-akbar mirakli. Hu fired il-Baħar l-Aħmar. Għalhekk, l-Iżraelin għaddew minn nofs il-baħar fuq art niexfa. Meta l-Fargħun ra li l-Iżraelin qed jaħarbu, hu u l-armata kollha tiegħu ġrew għal warajhom. Però, meta Ġeħova ra li l-Iżraelin kienu waslu n-naħa l-oħra, hu ħalla l-baħar jinżel fuq l-Eġizzjani, u b’hekk għerqu. L-ikbar u l-aqwa armata fid-dinja kienet ġiet fix-xejn!

Mosè qatt ma nesa dawk il-ġrajjiet tal-għaġeb li għadda minnhom. Issa l-fidi tiegħu kienet ħafna iżjed b’saħħitha. Hu mexxa u ħa ħsieb lill-Iżraelin għal 40 sena oħra sakemm miet fl-età taʼ 120 sena. Mosè ħallielna eżempju tajjeb taʼ fidi, imħabba, u kuraġġ.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Eżodu 2:15-25; kapitli 3–5; 7–11; 12:29-41; 13:17-22; kapitlu 14

  • Dewteronomju 29:2, 3; 34:5-7

Biex tiddiskuti:

Matul dan iż-żmien f’ħajtu, Mosè kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Ma nafux l-isem tal-Fargħun li kien qed imexxi dak iż-żmien, u ma nstab l-ebda rekord fil-kitbiet tal-Eġizzjani li l-Iżraelin ħarġu mill-Eġittu. Imma għala nistgħu nemmnu dan ir-rakkont mill-Bibbja? (g04 4/8 7 ¶4–9 ¶1-wcgr)

  2. 2. In-nies għala kienu jibżgħu mill-Fargħun? (w14 4/15 8 ¶1) A

    PRISMA ARCHIVO/Alamy Stock Photo

    Stampa A: Tpinġija antika taʼ Fargħun li kien imexxi iktar tard

  3. 3. L-Għaxar Kastigi kif urew li l-allat tal-Eġittu ma kienu jiswew għal xejn? (w93 10/15 3 ¶4–4 ¶3)

  4. 4. Kif nafu li t-triq li Ġeħova fetħilhom fil-Baħar l-Aħmar kienet wiesgħa, u x’aktarx kemm kienu Iżraelin li għaddew minnha? (it “Joħorġu mill-Pajjiż” ¶46-51-wcgr) B

    Stampa B: Il-Baħar l-Aħmar min-naħa taʼ Sinaj minn fejn x’aktarx qasmu l-Iżraelin

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • L-eżempju taʼ Mosè kif jinkuraġġina meta nħossuna li m’aħniex kapaċi nagħmlu dak li Ġeħova jridna nagħmlu? (Eżo. 4:10; 7:6, 7)

  • Aħna kif nistgħu ngħinu lil ħutna bħalma Aron għen lil Mosè jagħmel l-inkarigu tiegħu bil-kuraġġ? (Eżo. 4:14-16) Ċ

    Grupp taʼ stampi: Oħt matura tgħin lil oħt oħra titgħallem tipprietka aħjar u tkun kunfidenti iżjed fis-service. It-tliet stampi se jidhru wara xulxin. Oħt matura qed tinnota oħt oħra li qed issibha diffiċli tagħti xhieda lil raġel li qiegħed ibigħ fuq is-suq. Iktar tard l-oħt matura użat il-browxer “L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli” biex tgħin lill-oħt b’xi suġġerimenti. Iż-żewġ aħwa qed jitkellmu maʼ raġel differenti fuq is-suq. L-oħt li iktar kmieni sabitha diffiċli biex tagħti xhieda issa hi iktar kunfidenti.

    Stampa Ċ

  • Int kif tistaʼ turi l-kuraġġ li wera Mosè?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Mosè, x’nixtieq nistaqsih dwar dan iż-żmien f’ħajtu?

Tgħallem Iktar

Aħseb kif it-tifsira tal-isem taʼ Ġeħova jistaʼ jgħin lit-tfal biex ikunu kuraġġużi.

Isem Ġeħova (1:54)

L-esperjenzi li għadda minnhom Mosè x’għallmuh dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova?

“Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova” (w05 5/15 20-25)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja