LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 p. 3
  • Il-Bibbja Għala Għandha Tinteressak?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja Għala Għandha Tinteressak?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Għala għandek tistudja l-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Veru Li L-Bibbja Ġejja Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Tagħlim Veru li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sors Uniku taʼ Għerf Superjuri
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-​MESSAĠĠ TAL-​BIBBJA?

Il-​Bibbja Għala Għandha Tinteressak?

Il-​Bibbja hi bil-​wisq l-​iktar ktieb popolari fid-​dinja. Għala? Raġuni waħda hi għax fiha rakkonti veri taʼ nies reali u kif huma kkomunikaw bejniethom u m’Alla. B’hekk faċilment jinftiehem dak li hemm fiha. Dawn ir-​rakkonti jgħallmu lezzjonijiet prattiċi għax jintuża kliem sempliċi u dirett li jistaʼ jiġi tradott f’mijiet taʼ lingwi u mifhum minn nies fi kwalunkwe post u żmien. U l-​prinċipji tal-​Bibbja jaħdmu dejjem.

L-​iktar importanti, il-​Bibbja ma ssostnix li hi sempliċement ktieb dwar Alla imma li hi wkoll ktieb mingħand Alla. Turi l-​isem t’Alla, il-​personalità tiegħu, u l-​iskop li ma jinbidilx tiegħu għala ħalaq l-​art u l-​bnedmin. Il-​Bibbja titkellem ukoll dwar it-​taqbida storika bejn it-​tajjeb u l-​ħażin: rakkont universali affaxxinanti bi tmiem hieni. B’hekk, jekk naqraw il-​Bibbja b’moħħ miftuħ inkunu qed inqiegħdu pedament għall-​fidi u t-​tama.

Fil-​Bibbja nsibu informazzjoni li ma nsibuha mkien ieħor. Pereżempju, il-​Bibbja tgħidilna l-​verità dwar suġġetti bħal dawn:

  • Minn fejn ġejna u għala nbatu

  • L-​arranġament t’Alla biex jifdi lill-​bnedmin

  • Dak li għamel Ġesù għalina

  • Il-​futur tal-​art u tal-​bnedmin

Għala ma tagħtix daqqa t’għajn lejn il-​paġni li ġejjin u tikkunsidra dwar xiex titkellem il-​Bibbja?

FATTI INTERESSANTI DWAR IL-​BIBBJA

  • Tema: Kif is-​Saltna tas-​sema t’Alla se terġaʼ ġġib il-​ġustizzja u l-​paċi fuq l-​art

  • Kontenut: 39 ktieb bl-​Ebrajk (b’xi siltiet bl-​Aramajk) u 27 bil-​Grieg

  • Inkitbet: Minn xi 40 kittieb fuq medda taʼ xi 1,600 sena, mill-​1513 Q.K. sa madwar is-​sena 98 W.K.

  • Lingwi: Issa tradotta, sħiħa jew parti minnha, f’iktar minn 2,500 lingwa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja