LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/14 pp. 2-4
  • “Żommu kondotta tajba fost il-ġnus”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Żommu kondotta tajba fost il-ġnus”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Tfakkiriet għall-konvenzjoni speċjali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Kondotta li Tigglorifika lil Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali Tagħna—Xhieda Qawwija għall-Verità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Tlett Ijiem taʼ Serħan Spiritwali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 4/14 pp. 2-4

“Żommu kondotta tajba fost il-​ġnus”

1. Għala hu importanti għalina li nżommu kondotta tajba fil-​konvenzjonijiet li ġejjin?

1 Kull sena aħna niġbdu l-​attenzjoni tal-​pubbliku waqt il-​konvenzjonijiet tagħna, u minħabba f’hekk ikun importanti li bil-​kondotta tagħna nirrappreżentaw tajjeb lill-​Alla li nqimu. (Lev. 20:26) Il-​manjieri tajbin kif ukoll l-​ilbies u l-​maxta taʼ xagħarna għandhom jidentifikaw ċar li aħna s-​segwaċi veri taʼ Kristu. Hekk kif nattendu l-​konvenzjonijiet distrettwali jew internazzjonali li ġejjin, kif nistgħu ‘nżommu kondotta tajba fost il-​ġnus’ u b’hekk inġibu glorja lil Missierna tas-​sema?​—1 Pt. 2:12.

2. X’opportunitajiet se jkollna biex nuru l-​personalità Kristjana matul il-​konvenzjoni?

2 Uri l-​personalità Kristjana: L-​imħabba li nuru lejn xulxin u l-​mod kif nittrattaw maʼ “dawk li huma barra” juru l-​kuntrast qawwi li hemm bejnna u l-​ispirtu dominanti tad-​dinja. (Kol. 3:10; 4:5; 2 Tim. 3:1-​5) Għandna nkunu qalbna tajba u paċenzjużi meta nittrattaw mal-​ħaddiema tal-​lukandi u r-​restoranti, anki jekk iqumu xi problemi. Ukoll, il-​manjieri tajbin jitolbu li nħallu tipp tas-​soltu lil dawk li jipprovdu servizzi personali.

3. Liema tfakkira tingħata lill-​ġenituri, u għala?

3 Il-​ġenituri għandhom jissorveljaw mill-​qrib lil uliedhom fil-​post tal-​konvenzjoni, fir-​restoranti, u fil-​lukanda. (Prov. 29:15) Il-​maniġer taʼ restorant f’lukanda qalet lil waħda koppja: “Intom togħġbuna wisq. Il-​familji u t-​tfal tagħkom tgħidx kemm għandhom manjieri tajbin u huma dħulin. L-​istaff kollu kien qed jitkellem dwarkom, u nixtiequ li tkunu tistgħu toqogħdu hawn kull wikend.”

4. Meta nkunu fl-​inħawi fejn se ssir il-​konvenzjoni, x’attenzjoni għandna nagħtu għall-​apparenza tagħna?

4 Ilbies modest: L-​ilbies tagħna matul il-​konvenzjoni għandu jkun xieraq u modest, u mhux li jirrifletti l-​istil estrem tad-​dinja. (1 Tim. 2:9) Anki xħin naslu u nitilqu mil-​lukanda, waqt il-​ħinijiet taʼ rikreazzjoni, u wara s-​sessjonijiet irridu nevitaw li nilbsu każwali żżejjed jew żmattat. B’hekk, inkunu kburin li nilbsu l-​baġġ tagħna tal-​konvenzjoni u ma nistħux nagħtu xhieda meta tqum l-​opportunità. L-​apparenza u l-​kondotta tajba tagħna waqt li nattendu l-​konvenzjonijiet li ġejjin mhux biss se jiġbdu lil nies sinċieri lejn il-​messaġġ tal-​Bibbja li jsalva l-​ħajjiet imma wkoll se jġibu ferħ lil Ġeħova.​—Sof. 3:17.

Tfakkiriet għall-​konvenzjoni 2014

◼ Il-​Ħinijiet tal-​programm: Il-​bibien tas-​sala se jinfetħu fit-​8:00 AM. Il-​mużika tal-​ftuħ se tibda fid-​9:20 AM it-​tlett ijiem li huma. F’dak il-​ħin, kulħadd għandu jieħu postu biex il-​programm ikun jistaʼ jinbeda b’manjiera dinjituża. It-​talba tal-​għeluq se tkun fil-​4:55 pm nhar il-​Ġimgħa u s-​Sibt, u fl-​3:50 pm l-​Ħadd.

◼ Postijiet: Meta jinfetħu l-​bibien kull filgħodu, jekk jogħġbok tidħolx tiġri n-​naħa fejn tħobb toqgħod bilqiegħda bħallikieku qed tikkompeti maʼ sħabek li qed jattendu. Spirtu taʼ sagrifiċċju personali li jqanqalna nfittxu l-​ġid taʼ ħaddieħor jidentifikana bħala Kristjani veri u jġiegħel lil dawk li jarawna jfaħħru lil Alla. (Ġw. 13:34, 35; 1 Kor. 13:4, 5; 1 Pt. 2:12) Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jgħixu d-​dar miegħek jew li qed jivvjaġġaw fil-​karozza tiegħek jew għall-​istudenti tal-​Bibbja li għandek bħalissa. Saru arranġamenti speċjali għal dawk avvanzati fl-​età u dawk b’saħħa batuta. Ladarba s-​siġġijiet hawn huma limitati, persuna waħda jew tnejn biss li jkunu qed jgħinu direttament lil dawk avvanzati fl-​età jew dawk b’saħħa batuta jkunu jistgħu joqogħdu bilqiegħda magħhom.

◼ Donazzjonijiet: Nistgħu nuru l-​apprezzament għall-​arranġamenti tal-​konvenzjoni billi nagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja fil-​konvenzjoni. Iċ-​ċekkijiet għandhom jintgħamlu pagabbli lil “IBSA (Malta).”

◼ Medikazzjoni: Jekk tieħu xi mediċina preskritta, jekk jogħġbok kun ċert li ġġib miegħek kemm għandek bżonn, ladarba fil-​konvenzjoni mhux se jkun hemm mediċina disponibbli. Siringi u labar li jintużaw mid-​dijabetiċi għandhom jintremew bħala skart perikoluż u mhux fejn jintrema skart normali fil-​post li ssir il-​konvenzjoni jew fil-​lukanda.

◼ Prekawzjonijiet taʼ sigurtà: Jekk jogħġbok kun ċert li tieħu ħsieb li tipprevieni l-​inċidenti li jistgħu jiġu kkaġunati minn żliq jew tfixkil. Kull sena jseħħu inċidenti konnessi maż-​żraben, speċjalment dawk b’takkuna għolja. Ikun l-​aħjar li tagħżel żarbun ordinarju, li jiġik tajjeb, u li jippermettilek timxi fuq rampi, taraġ, spralli, u affarijiet bħal dawn bla ma tweġġaʼ.

◼ Interpretazzjoni: Il-​programm se jiġi interpretat għall-​Malti jew bl-​Ingliż skont b’liema lingwa jkun qed jitkellem il-​kelliemi fuq frekwenza FM tar-​radju. Biex tismagħha, ikollok iġġib miegħek radju FM żgħir li jaħdem bil-​batteriji u l-​earphones.

◼ Puxċers: M’għandhomx jinġiebu puxċers fil-​post fejn se ssir il-​konvenzjoni. Madankollu, siġġijiet tat-​tfal li jipprovdu sigurtà (child safety seats) huma permessi jekk jistgħu jitpoġġew fuq siġġu maġenb il-​ġenituri.

◼ Fwejjaħ: Ħafna konvenzjonijiet isiru f’postijiet magħluqin b’ventilazzjoni mekkanika. Għalhekk, inkunu qed nuru mħabba min-​naħa tagħna jekk nillimitaw l-​użu taʼ fwejjaħ qawwijin li jistgħu jikkaġunaw irritazzjoni lil dawk li jbatu bi problemi respiratorji jew problemi relatati.​—1 Kor. 10:24.

◼ Formoli Please Follow Up (S-​43): Il-​formola Please Follow Up għandha tintuża biex tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe interess li jkun intwera waqt xhieda informali matul il-​konvenzjoni. Il-​formoli mimlijin jistgħu jingħataw lid-​Dipartiment tal-​Letteratura jew lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni tiegħek wara l-​konvenzjoni.

◼ Restoranti: Onora isem Ġeħova bl-​imġiba tajba tiegħek fir-​restoranti. Ilbes ilbies xieraq għal Kristjan. Ħalli tipp jekk din tkun l-​użanza.

◼ Servizz taʼ volontieri: Kulmin jixtieq ikun volontier għandu jmur fid-​Dipartiment tas-​Servizz tal-​Volontieri fil-​konvenzjoni. Tfal taħt is-​16-​il sena wkoll jistgħu jagħtu daqqa t’id billi jaħdmu taħt is-​superviżjoni taʼ ġenitur, taʼ min jieħu ħsiebhom, jew adult ieħor bl-​approvazzjoni taʼ xi ħadd minnhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja