LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Neħemija 9:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Għalkemm kont tixhed+ kontrihom biex treġġagħhom lura lejn il-​liġi tiegħek,+ huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek; u dinbu+ kontra d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+ li jekk bniedem iħarishom jgħix permezz tagħhom.+ U huma baqgħu jagħtuk daharhom,*+ u webbsu rashom,+ u ma semgħux.+

  • Proverbji 28:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Hieni l-​bniedem li jibżaʼ l-​ħin kollu,+ imma min iwebbes qalbu jiġi fil-​gwaj.+

  • Isaija 30:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 30 “Gwaj għall-​ulied rashom iebsa,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “dawk li lesti jwettqu skop, imma mhux dak li ġej minni;+ u jsawbu l-​offerti tal-​likwidi, imma mhux bl-​ispirtu tiegħi, sabiex iżidu dnub fuq dnub;+

  • Ġeremija 3:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Dak iż-​żmien se jsejħu lil Ġerusalemm it-​tron taʼ Ġeħova;+ u l-​ġnus kollha jinġabru fiha+ biex ifaħħru isem Ġeħova f’Ġerusalemm,+ u qatt iktar ma jimxu wara l-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina.”+

  • Ġeremija 6:28
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 28 Ilkoll kemm huma nies mill-​iktar stinati,+ jaġixxu bħal kalunnjaturi+—huma bħal ram aħmar u ħadid. Ilkoll kemm huma jġibu rovina.+

  • Żakkarija 7:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U webbsu qalbhom+ daqs l-​iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-​liġi+ u l-​kliem li Ġeħova taʼ l-​armati bagħat bl-​ispirtu tiegħu,+ permezz tal-​profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-​naħa taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”+

  • Rumani 1:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 Għalkemm kienu jafu lil Alla, ma gglorifikawhx bħala Alla u lanqas irringrazzjawh,+ imma bdew jirraġunaw bla sens+ u qalbhom iddallmet+ għax ma kellhiex intelliġenza.

  • Rumani 2:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 Imma bl-​ebusija+ u n-​nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-​korla+ għal jum il-​korla+ meta jiġi rivelat+ il-​ġudizzju+ ġust t’Alla.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja