Eżodu
34 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Onqox għalik żewġ twavel tal-ġebel bħal dawk taʼ l-ewwel,+ u jien nikteb fuq it-twavel il-kliem li deher fuq l-ewwel twavel,+ li farrakt int.+ 2 U lesti għal fil-għodu, għax fil-għodu trid titlaʼ fuq il-Muntanja Sinaj u toqgħod ħdejja hemmhekk fuq il-quċċata tal-muntanja.+ 3 Imma ħadd ma jistaʼ jitlaʼ miegħek u, ukoll, qis li ħadd iktar ma jidher fuq il-muntanja kollha.+ Iktar minn hekk, ebda merħla tan-nagħaġ jew tal-baqar m’għandha tirgħa quddiem din il-muntanja.”+
4 Għaldaqstant, Mosè naqqax żewġ twavel tal-ġebel bħal dawk taʼ l-ewwel u qam kmieni fil-għodu u telaʼ fuq il-Muntanja Sinaj, bħalma kien ikkmandah Ġeħova, u ħa f’idu ż-żewġ twavel tal-ġebel. 5 U Ġeħova niżel+ fis-sħaba u qagħad miegħu hemmhekk u ddikjara l-isem taʼ Ġeħova.+ 6 U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-mod biex jirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba+ u l-verità,+ 7 jerfaʼ l-qalb tajba bl-imħabba għal eluf,+ jaħfer l-iżball u l-ksur tal-liġi u d-dnub,+ imma bl-ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-kastig,+ u jġib il-kastig għall-iżball tal-missirijiet fuq l-ulied u fuq ulied l-ulied, fuq it-tielet ġenerazzjoni u fuq ir-rabaʼ ġenerazzjoni.”+
8 Mosè minnufih għaġġel biex imil u jinxteħet fl-art.+ 9 Imbagħad qal: “Jekk, issa, sibt il-ħniena f’għajnejk, O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jiġi f’nofsna Ġeħova,+ għaliex dan hu poplu rasu iebsa,+ u aħfer l-iżball tagħna u d-dnub tagħna,+ u ħudna bħala proprjetà tiegħek.”+ 10 Hu wieġbu: “Ara! Qed nagħmel patt: Quddiem in-nies tiegħek kollha se nagħmel affarijiet taʼ l-għaġeb li qatt ma nħolqu fl-art kollha jew qalb il-ġnus kollha;+ u n-nies kollha li int qiegħed f’nofshom tabilħaqq se jaraw ix-xogħol taʼ Ġeħova, għaliex miegħek qed nagħmel xi ħaġa li tqanqal il-biżaʼ.+
11 “Min-naħa tiegħek ħares dak li qed nikkmandak illum.+ Ara! Qed inkeċċi minn quddiemek l-Amurrin, il-Kangħanin, il-Ħittin, il-Pereżin, il-Ħiwwin, u l-Ġebusin.+ 12 Oqgħod attent li ma tagħmilx xi patt maʼ l-abitanti taʼ l-art li sejjer fiha,+ li ma jmurx ikun xi nassa f’nofsok.+ 13 Imma l-artali tagħhom tridu ġġarrfuhom, u l-pilastri sagri tagħhom tridu tfarrkuhom, u l-arbli sagri tagħhom tridu tqaċċtuhom.+ 14 Għax ma tridx tinxteħet fl-art quddiem alla ieħor,+ għaliex Ġeħova, li ismu hu Għajjur, hu Alla għajjur;*+ 15 li ma tmurx tagħmel xi patt maʼ l-abitanti taʼ l-art, għax dawn żgur li se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-allat tagħhom+ u joffru sagrifiċċji lill-allat tagħhom,+ u ibqaʼ ċert li xi ħadd se jistiednek, u int tiekol xi ftit mis-sagrifiċċju tiegħu.+ 16 Imbagħad ikollok tieħu xi wħud mill-bniet tagħhom għal uliedek subien,+ u ibqaʼ ċert li l-bniet tagħhom se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-allat tagħhom u jġiegħlu lil uliedek subien ikollhom relazzjoni immorali maʼ l-allat tagħhom.+
17 “Tagħmilx idoli minn metall imdewweb bħala allat.+
18 “Għandek tħares il-festa tal-ħobż bla ħmira.+ Tiekol ħobż bla ħmira, bħalma kkmandajtek, sebat ijiem fiż-żmien stabbilit fix-xahar taʼ Abib,+ għaliex kien fix-xahar taʼ Abib li int ħriġt mill-Eġittu.
19 “Kulma jiftaħ il-ġuf l-ewwel darba jkun tiegħi,+ u, mill-bhejjem kollha tiegħek, l-ewwel ferħ raġel tal-barrin u tan-nagħaġ.+ 20 U l-ewwel ferħ taʼ ħmar għandek tifdih b’nagħġa.+ Imma jekk ma tifdihx, trid tiksirlu għonqu. Għandek tifdi lil kull l-ewwel imwieled minn uliedek.+ Ħadd m’għandu jidher quddiemi b’idu vojta.+
21 “Sitt ijiem għandek taħdem, imma fis-sebaʼ jum tħares is-Sabat.+ Fi żmien il-ħrit u fil-ħsad tħares is-Sabat.+
22 “U tagħmel il-festa tal-ġimgħat tiegħek bl-ewwel frott misjur tal-ħsad tal-qamħ,+ u l-festa tal-ġbir meta tkun se taqleb is-sena.+
23 “Tliet darbiet fis-sena l-irġiel kollha tiegħek għandhom jidhru+ quddiem il-Mulej il-veru, Ġeħova, l-Alla taʼ Israel. 24 Għax se nkeċċi lill-ġnus minn quddiemek,+ u nkabbar it-territorju tiegħek;+ u ħadd ma jkun jixtieq artek meta titlaʼ biex tara wiċċ Ġeħova Alla tiegħek tliet darbiet fis-sena.+
25 “Toffrilix id-demm tas-sagrifiċċju flimkien maʼ xi ħaġa li jkun fiha l-ħmira.+ U s-sagrifiċċju tal-festa tal-Qbiż m’għandux jibqaʼ l-lejl kollu sa fil-għodu.+
26 “L-aqwa mill-ewwel frott misjur+ tal-ħamrija tiegħek għandek iġġibu fid-dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+
“Tgħallix gidi f’ħalib ommu.”+
27 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Niżżel bil-miktub għalik innifsek dan il-kliem,+ għaliex hu fi qbil maʼ dan il-kliem li se nagħmel patt miegħek u maʼ Israel.”+ 28 U hu baqaʼ hemmhekk maʼ Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl. La kiel ħobż u lanqas xorob ilma.+ U Hu kiteb fuq it-twavel il-kliem tal-patt, l-Għaxar Kelmiet.+
29 Issa ġara li, meta Mosè niżel minn fuq il-Muntanja Sinaj, iż-żewġ twavel tat-Testimonjanza kienu f’id Mosè meta niżel minn fuq il-muntanja,+ u Mosè ma kienx jaf li mill-ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-raġġi minħabba li kien tkellem miegħu.+ 30 Meta Aron u wlied Israel kollha raw lil Mosè, mill-ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-raġġi u beżgħu jersqu qribu.+
31 U Mosè sejħilhom. Għalhekk, Aron u l-kapijiet ewlenin kollha fost il-ġemgħa ġew lura ħdejh, u Mosè beda jkellimhom. 32 Imbagħad wara dan ġew qribu wlied Israel kollha, u hu beda jikkmandahom kulma kien qallu Ġeħova fuq il-Muntanja Sinaj.+ 33 Meta Mosè kien jispiċċa jitkellem magħhom, kien ipoġġi velu fuq wiċċu.+ 34 Imma meta Mosè kien jidħol quddiem Ġeħova biex ikellmu, kien ineħħi l-velu sakemm joħroġ.+ U kien joħroġ u jgħid lil ulied Israel dak li kien jiġi kmandat.+ 35 U wlied Israel kienu jaraw wiċċ Mosè, li mill-ġilda taʼ wiċċu kienu joħorġu r-raġġi;+ u Mosè kien ipoġġi lura l-velu fuq wiċċu sakemm kien jidħol biex ikellmu.+