Neħemija
8 U l-poplu kollu nġabar bħal bniedem wieħed+ fil-pjazza+ taʼ quddiem Bieb l-Ilma.+ U qalu lil Esdra+ l-kopista biex iġib il-ktieb+ tal-liġi taʼ Mosè,+ li Ġeħova kien ta bi kmand lil Israel.+ 2 Għaldaqstant, Esdra l-qassis+ ġab il-liġi quddiem il-kongregazzjoni+ taʼ rġiel kif ukoll nisa u dawk kollha intelliġenti biżżejjed biex jisimgħu,+ fl-ewwel jum tas-sebaʼ xahar.+ 3 U hu kompla jaqra+ minnha b’leħen għoli quddiem il-pjazza taʼ quddiem Bieb l-Ilma, minn kif sebaħ+ sa nofsinhar, quddiem l-irġiel u n-nisa u l-uħud intelliġenti l-oħrajn; u widnejn+ il-poplu kollu kienu attenti+ għall-ktieb tal-liġi. 4 U Esdra l-kopista baqaʼ bil-wieqfa fuq palk taʼ l-injam,+ li kienu għamlu għall-okkażjoni; u bil-wieqfa maġenbu fuq il-leminija tiegħu kien hemm Mattitija, Sema, Għanaja, Urija, Ħilkija, u Magħseja, u fuq ix-xellugija tiegħu Pedaja, Misael, Malkija,+ Ħasum,+ Ħas-baddana, Żakkarija, u Mesullam.
5 U Esdra fetaħ+ il-ktieb quddiem għajnejn il-poplu kollu, għax hu kien ’il fuq mill-poplu kollu; u malli fetħu l-poplu kollu qam bil-wieqfa.+ 6 Imbagħad Esdra bierek lil Ġeħova,+ l-Alla l-veru u l-kbir, u l-poplu kollu wieġeb, “Amen! Amen!”+ u kulħadd għolla idejh.+ Imbagħad mielu+ u nxteħtu fl-art quddiem Ġeħova wiċċhom maʼ l-art.+ 7 U Ġeswa u Bani u Serebija,+ Ġamin, Għakkub, Sabbetaj, Ħodija, Magħseja, Kelita, Għażarija, Ġożabad,+ Ħanan, u Pelaja,+ il-Leviti, kienu qed jispjegaw il-liġi lill-poplu,+ waqt li l-poplu kien bil-wieqfa.+ 8 U komplew jaqraw+ b’leħen għoli mill-ktieb, mil-liġi taʼ l-Alla l-veru, u din ġiet spjegata sew, u mfissra; u komplew ifiehmu l-qari.+
9 U Neħemija,+ jiġifieri, it-Tirsata,*+ u Esdra+ l-qassis, il-kopista, u l-Leviti li kienu qed jistruwixxu lill-poplu qalu lill-poplu kollu: “Dan il-jum hu qaddis għal Ġeħova Alla tagħkom.+ Tkunux imnikktin jew tibku.”+ Għax in-nies kollha bdew jibku waqt li kienu qed jisimgħu l-kliem tal-liġi.+ 10 U qalilhom: “Morru, kulu ikel rikk u ixorbu affarijiet ħelwin, u ibagħtu porzjonijiet+ lil dak li m’għandu xejn imħejji; għax dan il-jum hu qaddis għall-Mulej tagħna, u tħossukomx imweġġgħin, għax il-ferħ taʼ Ġeħova hu l-fortizza tagħkom.” 11 U l-Leviti kienu qed isikktu lill-poplu kollu, u jgħidulhom: “Oqogħdu kwieti! Għax dan il-jum hu qaddis; u tħossukomx imweġġgħin.” 12 Għalhekk, il-poplu kollu telaq jiekol u jixrob u bagħat il-porzjonijiet+ u baqaʼ jifraħ bil-kbir,+ għax kien fehem il-kliem li ġie mgħarraf lilu.+
13 U fit-tieni jum il-kapijiet taʼ missirijiet il-poplu kollu, il-qassisin u l-Leviti, inġabru ħdejn Esdra l-kopista, biex jiksbu d-dehen fi kliem il-liġi.+ 14 Imbagħad sabu miktub fil-liġi li Ġeħova kien ikkmanda permezz taʼ Mosè+ illi wlied Israel għandhom jgħammru fl-għerejjex+ matul il-festa fis-sebaʼ xahar,+ 15 u li għandhom jagħmlu proklamazzjoni+ u jxandru fil-bliet kollha tagħhom u f’Ġerusalemm,+ billi jgħidu: “Oħorġu lejn ir-reġjun muntanjuż+ u ġibu l-weraq taż-żebbuġ+ u l-weraq tas-siġar taż-żejt u l-weraq tar-riħan u l-weraq tal-palm u l-weraq taʼ siġar bil-friegħi biex tagħmlu l-għerejjex, skond ma hu miktub.”
16 U n-nies ħarġu u ġabuhom u għamlu l-għerejjex għalihom, kull wieħed fuq il-bejt tiegħu+ u fil-btieħi tagħhom u fil-btieħi+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru u fil-pjazza+ taʼ Bieb l-Ilma+ u fil-pjazza taʼ Bieb Efrajm.+ 17 B’hekk, il-kongregazzjoni kollha taʼ dawk li kienu ġew lura mill-jasar għamlet għerejjex u bdiet tgħammar fl-għerejjex; għax ulied Israel ma kinux għamlu l-festa b’dan il-mod minn żmien Ġożwè bin Nun+ sa dakinhar, u għalhekk kien hemm ferħ kbir ħafna.+ 18 U kien hemm qari b’leħen għoli tal-ktieb tal-liġi taʼ l-Alla l-veru jum wara jum,+ mill-ewwel jum sa l-aħħar jum; u huma baqgħu jiċċelebraw il-festa sebat ijiem, u fit-tmien jum kien hemm assemblea solenni, skond ir-regola.+