2 Kronaki
30 U Ħeżekija bagħat għal Israel+ u Ġuda kollha, u wkoll kiteb xi ittri lil Efrajm+ u lil Manasse,+ biex jiġu fid-dar taʼ Ġeħova+ f’Ġerusalemm ħalli jiċċelebraw il-Qbiż+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel. 2 Madankollu, is-sultan u l-prinċpijiet tiegħu+ u l-kongregazzjoni+ kollha f’Ġerusalemm iddeċidew li jiċċelebraw il-Qbiż fit-tieni xahar;+ 3 għax ma setgħux jiċċelebrawh fi żmienu,+ għaliex, minn banda, ma kienx hemm qassisin biżżejjed+ li tqaddsu, u, mill-banda l-oħra, in-nies ma kinux inġabru f’Ġerusalemm. 4 U din il-ħaġa kienet sewwa f’għajnejn is-sultan u f’għajnejn il-kongregazzjoni kollha.+ 5 Għalhekk, iddeċidew li s-sejħa+ tinstemaʼ f’Israel kollu, minn Bir-xeba+ sa Dan,+ biex jiġu u jiċċelebraw il-Qbiż lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, f’Ġerusalemm; għax ma kinux għamlu dan+ bħala kotra, skond kif hemm miktub.+
6 Għaldaqstant, il-ġerrejja,+ bl-ittri minn id is-sultan u l-prinċpijiet tiegħu,+ għaddew mill-pajjiż kollu taʼ Israel u Ġuda, skond il-kmand tas-sultan, u qalu: “Ulied Israel, erġgħu lura+ lejn Ġeħova, l-Alla+ t’Abraham, Iżakk, u Israel, biex hu jerġaʼ lura lejn il-maħrubin+ li baqaʼ minnkom minn id is-slaten taʼ l-Assirja.+ 7 U ssirux bħal missirijietkom+ u bħal ħutkom li aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà lejn Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u b’hekk hu għamilhom oġġett taʼ stagħġib,+ bħalma qed taraw intom. 8 Issa twebbsux raskom+ bħalma għamlu missirijietkom. Issottomettu ruħkom lejn Ġeħova+ u ejjew fis-santwarju tiegħu+ li hu qaddes+ għal żmien indefinit u aqdu+ lil Ġeħova Alla tagħkom, sabiex ir-rabja taħraq tiegħu+ ddur lura minn fuqkom. 9 Għax meta terġgħu lura+ lejn Ġeħova, ħutkom u wliedkom jintwerew ħniena+ minn dawk li qabduhom, u jitħallew jiġu lura lejn din l-art;+ għax Ġeħova Alla tagħkom hu grazzjuż+ u ħanin,+ u ma jdawwarx wiċċu lil hinn minnkom jekk terġgħu lura lejh.”+
10 Għalhekk, il-ġerrejja+ baqgħu sejrin, għaddejjin minn belt għal belt maʼ l-art kollha t’Efrajm+ u Manasse, saħansitra sa Żebulun; imma kienu kontinwament qed iwaqqgħuhom għaċ-ċajt u jiddieħqu bihom.+ 11 Individwi+ minn Aser u Manasse u minn Żebulun biss umiljaw+ ruħhom u marru Ġerusalemm. 12 Id l-Alla l-veru kienet ukoll f’Ġuda biex tahom qalb waħda+ ħalli jwettqu l-kmand+ tas-sultan u tal-prinċpijiet rigward l-affarijiet taʼ Ġeħova.+
13 U nġabru flimkien f’Ġerusalemm,+ poplu numeruż, biex jiċċelebraw il-festa+ tal-ħobż bla ħmira fit-tieni+ xahar, kongregazzjoni kotrana ferm. 14 Imbagħad qamu u neħħew l-artali+ li kien hemm f’Ġerusalemm, u l-artali taʼ l-inċens+ kollha neħħewhom u mbagħad xeħtuhom fil-wied taʼ Kidron.+ 15 Wara dan, qatlu l-vittma tal-Qbiż+ fl-erbatax tat-tieni xahar; u l-qassisin u l-Leviti kienu ħassewhom umiljati, u b’hekk tqaddsu+ u ġabu l-offerti tal-ħruq fid-dar taʼ Ġeħova. 16 U baqgħu weqfin+ f’posthom skond ir-regola tagħhom, skond il-liġi taʼ Mosè, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u l-qassisin+ raxxew id-demm li ħadu minn id il-Leviti. 17 Għax kien hemm ħafna fil-kongregazzjoni li ma kinux tqaddsu; u l-Leviti+ kienu inkarigati biex joqtlu l-vittmi+ tal-Qbiż għal dawk kollha li ma kinux nodfa, biex iqaddsuhom lil Ġeħova. 18 Għax kien hemm għadd kbir taʼ nies, ħafna minn Efrajm+ u Manasse,+ minn Issakar u Żebulun,+ li ma kinux tnaddfu,+ għax ma kilux l-ikla tal-Qbiż skond kif hemm miktub;+ imma Ħeżekija talab għalihom,+ u qal: “Jalla Ġeħova, li hu tajjeb,+ jaħfer 19 lil kulmin ħejja qalbu+ biex ifittex lill-Alla l-veru, Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietu, għalkemm ma ppurifikax ruħu għal dak li hu qaddis.”+ 20 Għaldaqstant, Ġeħova semaʼ minn Ħeżekija u ħafer lin-nies.+
21 Għalhekk, ulied Israel li kienu f’Ġerusalemm iċċelebraw il-festa+ tal-ħobż bla ħmira għal sebat ijiem b’hena kbir;+ u l-Leviti+ u l-qassisin+ offrew tifħir lil Ġeħova minn jum għal jum bi strumenti li jagħmlu ħoss qawwi, iva, lil Ġeħova.+ 22 Iktar minn hekk, Ħeżekija kellem b’mod inkuraġġanti+ lil-Leviti kollha li kienu qed jaġixxu b’dehen kbir lejn Ġeħova.+ U kielu l-ikla tal-festa stabbilita għal sebat ijiem,+ u bħala sagrifiċċju offrew is-sagrifiċċji taʼ sħubija+ u stqarrew+ ħtijiethom lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom.
23 Imbagħad il-kongregazzjoni kollha ddeċidiet+ li tiċċelebraha għal sebat ijiem oħra,+ u għalhekk iċċelebrawha għal sebat ijiem b’hena kbir. 24 Għax Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda, ta bħala kontribuzzjoni+ għall-kongregazzjoni elf barri u sebat elef nagħġa, u l-prinċpijiet+ taw bħala kontribuzzjoni għall-kongregazzjoni elf barri u għaxart elef nagħġa; u ħafna qassisin+ bdew iqaddsu lilhom infushom. 25 U l-kongregazzjoni kollha taʼ Ġuda,+ il-qassisin, il-Leviti,+ il-kongregazzjoni kollha li ġiet minn Israel,+ ir-residenti barranin+ li ġew mill-art taʼ Israel,+ u dawk li kienu jgħammru f’Ġuda komplew jithennew.+ 26 U kien hemm hena kbir f’Ġerusalemm, għax minn żmien Salamun,+ bin David, is-sultan taʼ Israel, ma kien hemm xejn bħal dan f’Ġerusalemm.+ 27 Fl-aħħar, il-qassisin, il-Leviti, qamu u bierku+ lill-poplu; u leħinhom instemaʼ, u b’hekk it-talba tagħhom waslet sas-smewwiet, il-post qaddis fejn jgħammar hu.+