1 Samwel
14 U ġara li jum wieħed Ġonatan,+ bin Sawl, qal lill-qaddej li kien iġorrlu l-armi: “Ejja ħa naqsmu lejn l-għassa tal-Filistin li qegħdin in-naħa l-oħra hemmhekk.” Imma lil missieru ma qallux b’dan.+ 2 U Sawl kien qed jgħammar fit-truf taʼ Gibegħa+ taħt is-siġra tar-rummien li qiegħda f’Migron; u n-nies li kienu miegħu kienu madwar sitt mitt raġel.+ 3 (U Aħija, bin Aħitub,+ ħu Ikabod,+ bin Fineħas,+ bin Għeli,+ il-qassis taʼ Ġeħova f’Silo,+ kien qed iġorr l-efod.)+ U n-nies ma kinux jafu li Ġonatan kien telaq. 4 Issa bejn il-passaġġi li fittex Ġonatan biex jaqsam għan-naħa l-oħra lejn l-għassa+ tal-Filistin kien hemm sinna blat fuq naħa waħda u sinna blat fuq in-naħa l-oħra, u isem waħda minnhom kien Boses u isem l-oħra kien Sene. 5 Sinna waħda kienet pilastru fit-tramuntana faċċata taʼ Mikmax,+ u l-oħra kienet fin-nofsinhar faċċata taʼ Geba.+
6 Għalhekk, Ġonatan qal lill-qaddej li kien iġorrlu l-armi: “Ejja ħa naqsmu lejn l-għassa taʼ dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi.+ Forsi Ġeħova jgħinna, għax m’hemmx xi jfixkel lil Ġeħova milli jsalvana b’ħafna jew bi ftit.”+ 7 Għalhekk, dak li kien iġorrlu l-armi qallu: “Agħmel kulma tixtieq qalbek. Dur lejn fejn jogħġbok. Ara! Jien miegħek f’kulma tgħidlek qalbek.”+ 8 Imbagħad Ġonatan qallu: “Ara! Ħa naqsmu lejn l-irġiel u nuru lilna nfusna lilhom. 9 Jekk jgħidulna hekk, ‘Ieqfu hemm sakemm niġu ħdejkom!’ irridu nieqfu fejn inkunu, u m’għandniex nitilgħu sa ħdejhom. 10 Imma jekk jgħidulna hekk, ‘Itilgħu kontrina!’ irridu nitilgħu, għaliex Ġeħova żgur li jagħtihomlna f’idejna, u dan ikun is-sinjal għalina.”+
11 U t-tnejn li huma wrew lilhom infushom lill-għassa tal-Filistin. U l-Filistin qalulhom: “Ara! L-Ebrej ħerġin mill-ħofor fejn inħbew.”+ 12 Għalhekk, l-irġiel taʼ l-għassa kellmu lil Ġonatan u lil dak li kien iġorrlu l-armi u qalulhom: “Itilgħu ħdejna, u nurukom xi ħaġa!”+ Minnufih Ġonatan qal lil dak li kien iġorrlu l-armi: “Itlaʼ warajja, għaliex Ġeħova żgur li jagħtihom f’idejn Israel.”+ 13 U Ġonatan baqaʼ tielaʼ fuq idejh+ u saqajh, u dak li kien iġorrlu l-armi warajh; u l-Filistin bdew jaqgħu quddiem Ġonatan,+ u dak li kien iġorrlu l-armi beda joqtolhom warajh.+ 14 U l-ewwel qatla li Ġonatan u dak li kien iġorrlu l-armi wettqu fuqhom kienet tammonta għal madwar għoxrin raġel f’tul taʼ madwar nofs radda f’għalqa li żewġ barrin jistgħu jaħartu f’ġurnata.
15 Imbagħad seħħ tregħid+ fil-kamp fir-rabaʼ u fost in-nies kollha taʼ l-għassa; u l-forza armata li kienet toħroġ tisraq u tħarbat+ triegħdet, u l-art bdiet titheżżeż,+ u ġara li dan kien tregħid minn Alla.+ 16 U l-għassiesa taʼ Sawl f’Gibegħa+ taʼ Benjamin rawh dan, u l-konfużjoni nfirxet ’l hemm u ’l hawn.+
17 U Sawl qal lin-nies li kienu miegħu: “Għoddu, jekk jogħġobkom, u araw min telaq minn magħna.” Meta għaddew, sabu li Ġonatan u dak li kien iġorrlu l-armi ma kinux hemm. 18 Sawl issa qal lil Aħija:+ “Ġibha qrib l-arka taʼ l-Alla l-veru!”+ (Għax l-arka taʼ l-Alla l-veru dakinhar kienet maʼ wlied Israel.)+ 19 U ġara li, waqt li Sawl kien qed jitkellem mal-qassis,+ il-konfużjoni li kien hemm fil-kamp tal-Filistin baqgħet tiżdied, u saret akbar u akbar. Imbagħad Sawl qal lill-qassis: “Neħħi idek.” 20 B’hekk, Sawl u n-nies kollha li kienu miegħu ssejħu biex jinġabru.+ Għalhekk, waslu saħansitra sal-battalja, u s-sejf taʼ kull wieħed kien ġie kontra sieħbu;+ il-konfużjoni kienet kbira ferm. 21 U l-Ebrej li qabel kienu marru mal-Filistin+ u li kienu telgħu magħhom fil-kamp minn kull naħa, saħansitra huma wkoll urew li kienu maʼ Israel li kien maʼ Sawl u maʼ Ġonatan. 22 L-irġiel kollha taʼ Israel li kienu moħbijin+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm semgħu li l-Filistin kienu ħarbu, u huma wkoll telqu jiġru warajhom fil-battalja. 23 U Ġeħova dakinhar salva+ lil Israel, u l-battalja għaddiet għal Bet-awen.+
24 U dakinhar l-irġiel taʼ Israel kienu għajjenin, u madankollu Sawl rabat in-nies b’ħalfa+ u qalilhom: “Misħut ir-raġel li jiekol il-ħobż qabel fil-għaxija u sakemm inkun għamilt vendetta+ mill-għedewwa tiegħi!” U ħadd min-nies ma daq il-ħobż.+
25 U n-nies kollha tal-pajjiż daħlu fil-bosk, meta kien hemm l-għasel+ fuq wiċċ ir-rabaʼ. 26 Meta n-nies daħlu fil-bosk, raw li l-għasel kien qed iqattar,+ imma ma kien hemm ħadd li ressaq idu maʼ ħalqu, għaliex in-nies kienu jibżgħu mill-ħalfa.+ 27 Inkwantu għal Ġonatan, hu ma kienx qed jismaʼ meta missieru ġiegħel lin-nies jaħilfu,+ u għalhekk medd it-tarf tal-ħatar li kellu f’idu u billu fix-xehda taʼ l-għasel u ressaq idu maʼ ħalqu, u għajnejh xegħlu.+ 28 Imbagħad wieħed mill-poplu wieġeb u qal: “Missierek ġiegħel lin-nies jaħilfu solennement u qalilhom, ‘Misħut ir-raġel li jiekol il-ħobż illum!’”+ (U n-nies bdew jegħjew.)+ 29 Madankollu, Ġonatan qal: “Missieri għamel il-ħsara+ lill-pajjiż. Araw, jekk jogħġobkom, kif xegħlu għajnejja għaliex doqt dan il-ftit għasel.+ 30 Kemm kienet tkun akbar ir-rebħa llum kieku n-nies imqar kielu+ mill-priża li sabu taʼ l-għedewwa tagħhom!+ Għax issa l-qatla fuq il-Filistin mhix kbira.”+
31 U dakinhar baqgħu joqtlu lill-Filistin minn Mikmax+ sa Ajjalon,+ u n-nies saru għajjenin ħafna.+ 32 U n-nies bdew jinxteħtu b’regħba fuq il-priża+ u jieħdu nagħaġ u baqar u għoġiela u joqtluhom fuq l-art, u n-nies bdew jieklu l-laħam bid-demm.+ 33 Għalhekk, kellmu lil Sawl u qalulu: “Ara! In-nies qed jidinbu kontra Ġeħova għax qed jieklu l-laħam bid-demm.”+ Qalilhom: “Intom aġixxejtu bi tradiment. L-ewwelnett, gerbu ġebla kbira lejja.” 34 Wara dan, Sawl qal: “Xterdu qalb in-nies, u għidulhom, ‘Ġibu ħdejja, kull wieħed minnkom, il-barri tiegħu u, kull wieħed, in-nagħġa tiegħu, u oqtluhom f’dan il-post u kuluhom, u tidinbux kontra Ġeħova billi tieklu l-laħam flimkien mad-demm.’”+ Għaldaqstant, in-nies kollha ġabu kull wieħed il-barri tiegħu li kien f’idu dak il-lejl u qatlu hemmhekk. 35 U Sawl bena artal+ lil Ġeħova. Dan kien l-ewwel artal li bena lil Ġeħova.+
36 Iktar tard Sawl qal: “Ejjew ninżlu wara l-Filistin bil-lejl u naħtfuhom bħala priża sa ma jisbaħ fil-għodu,+ u ma nħallu lanqas wieħed fosthom.”+ U huma qalulu: “Agħmel dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.” Imbagħad il-qassis qallu: “Ejja nersqu hawnhekk lejn l-Alla l-veru.”+ 37 U Sawl beda jistaqsi lil Alla: “Għandi ninżel wara l-Filistin?+ Se tagħtihom int f’idejn Israel?”+ U hu ma wiġbux dakinhar.+ 38 Għalhekk, Sawl qal: “Ejjew hawnhekk,+ intom l-irġiel ewlenin kollha tal-poplu,+ u tkixxfu u araw b’liema mod sar dan id-dnub illum. 39 Għax daqskemm hu ħaj Ġeħova, li hu l-Ħellies taʼ Israel, saħansitra jekk dan sar minn ibni Ġonatan, xorta waħda hu żgur li jmut.”+ Imma ħadd mill-poplu kollu ma wieġbu. 40 U hu ssokta jgħid lil Israel kollu: “Intom oqogħdu fuq naħa waħda, u jien u ibni Ġonatan—noqogħdu fuq in-naħa l-oħra.” U l-poplu qal lil Sawl: “Agħmel dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk.”+
41 U Sawl qal lil Ġeħova: “O Alla taʼ Israel, wieġeb permezz tat-Tummim!”+ Imbagħad intgħażlu Ġonatan u Sawl, u n-nies ħarġu barra.+ 42 Sawl issa qal: “Itfgħu x-xorti+ biex tagħżlu bejni u bejn ibni Ġonatan.” U ntgħażel Ġonatan. 43 Imbagħad Sawl qal lil Ġonatan: “Għidli, X’għamilt?”+ Għalhekk, Ġonatan wieġbu u qallu: “Jien, fil-fatt, doqt ftit għasel fuq it-tarf tal-ħatar li għandi f’idi.+ Hawn jien! Ħa mmut!”
44 U Sawl qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla u iktar minn hekk,+ jekk int żgur li ma tmutx,+ Ġonatan.” 45 Imma l-poplu qal lil Sawl: “Ġonatan se jmut, li wettaq salvazzjoni+ kbira bħal din f’Israel? Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna!+ Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ lanqas xagħra waħda+ minn rasu ma taqaʼ fl-art; għax kien m’Alla li ħadem f’dan il-jum.”+ B’hekk, il-poplu feda+ lil Ġonatan, u dan ma mietx.
46 Għalhekk, Sawl ma baqax jiġri wara l-Filistin, u l-Filistin marru lejn posthom.+
47 U Sawl beda jsaltan fuq Israel+ u mar jiggwerra kontra l-għedewwa kollha tiegħu taʼ madwaru, kontra Mowab,+ kontra wlied Għammon,+ kontra Edom,+ kontra s-slaten taʼ Soba,+ u kontra l-Filistin;+ u kulfejn kien idur kien jagħti l-kundanna.+ 48 U ssokta jaġixxi bi qlubija+ u jeqred lil Għamalek+ u jeħles lil Israel minn id min kien iħarbathom.
49 U wlied Sawl kienu Ġonatan,+ Iswi, u Malki-sugħa,+ u, dwar l-ismijiet taż-żewġt ibniet tiegħu, dik li twieldet l-ewwel kien jisimha Merab+ u ż-żgħira kien jisimha Mikal.+ 50 U mart Sawl kien jisimha Aħinogħam, bint Aħimgħas, u l-kap taʼ l-armata tiegħu kien jismu Abner,+ bin Ner, iz-ziju taʼ Sawl. 51 U Kis+ kien missier Sawl, u Ner,+ missier Abner, kien bin Abijel.
52 U l-gwerra kontra l-Filistin kienet ħarxa l-jiem kollha taʼ Sawl.+ Meta Sawl kien jara xi raġel b’saħħtu jew bniedem qalbieni, kien jiġbru għal miegħu.+