Imħallfin
2 Imbagħad l-anġlu taʼ Ġeħova+ telaʼ minn Gilgal+ lejn Bokim+ u qal: “Jien ħriġtkom mill-Eġittu u daħħaltkom fl-art li dwarha ħlift lil missirijietkom.+ Iktar minn hekk, jien għedt, ‘Qatt ma se nikser il-patt tiegħi magħkom.+ 2 U min-naħa tagħkom, tagħmlux patt maʼ l-abitanti taʼ din l-art.+ L-artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom.’+ Imma intom ma smajtux minn leħni.+ Għala għamiltuh dan?+ 3 Għalhekk jien, min-naħa tiegħi, għedt, ‘M’iniex se nkeċċihom minn quddiemkom, u huma jridu jsiru nases għalikom,+ u l-allat tagħhom se jservu taʼ lixka għalikom.’”+
4 U ġara li malli l-anġlu taʼ Ġeħova qal dan il-kliem lil ulied Israel kollha, in-nies bdew jgħollu leħinhom u jibku.+ 5 Għalhekk, semmew dak il-post Bokim.* U hemmhekk offrew sagrifiċċji lil Ġeħova.
6 Meta Ġożwè bagħat lill-poplu, ulied Israel marru fi triqithom, kulħadd lejn wirtu, biex jieħdu l-art f’idejhom.+ 7 U l-poplu kompla jaqdi lil Ġeħova l-jiem kollha taʼ Ġożwè u l-jiem kollha tax-xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè u li kienu raw l-għemejjel kbar kollha li Ġeħova għamel għal Israel.+ 8 Imbagħad Ġożwè bin Nun, il-qaddej taʼ Ġeħova, miet fl-età taʼ mija u għaxar snin.+ 9 Għalhekk, difnuh fit-territorju taʼ wirtu f’Timnat-ħeres*+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, fit-tramuntana tal-Muntanja Gagħas.+ 10 U dik il-ġenerazzjoni kollha wkoll inġabret maʼ missirijietha,+ u warajha bdiet tielgħa ġenerazzjoni oħra li ma kinitx taf lil Ġeħova jew dak li kien għamel għal Israel.+
11 U wlied Israel intefgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u jaqdu lill-Bagħalim.+ 12 Għalhekk, huma abbandunaw lil Ġeħova l-Alla taʼ missirijiethom li kien ħariġhom mill-art taʼ l-Eġittu+ u mxew wara allat oħrajn minn fost l-allat tal-popli li kienu madwarhom+ u bdew imilu quddiemhom, biex b’hekk offendew lil Ġeħova.+ 13 B’dan, huma abbandunaw lil Ġeħova u bdew jaqdu lil Bagħal u lix-xbihat t’Għastoret.+ 14 Għaldaqstant, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u b’hekk tahom f’idejn dawk li jaħtfuhom, u huma ħatfuhom;+ u hu biegħhom lill-għedewwa tagħhom taʼ madwarhom,+ u ma kellhomx iktar il-ħila jieqfu quddiem l-għedewwa tagħhom.+ 15 Kulfejn ħarġu, id Ġeħova kienet kontrihom għall-gwaj,+ bħalma Ġeħova kien qal u bħalma Ġeħova kien ħalfilhom;+ u ġew f’sitwazzjoni mwiegħra ferm.+ 16 Għalhekk, Ġeħova kien iqajjem imħallfin,+ u huma kienu jsalvawhom minn id dawk li jaħtfuhom.+
17 U lanqas mill-imħallfin tagħhom ma semgħu, imma kellhom relazzjonijiet immorali+ m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom. Huma malajr żvijaw mit-triq li kienu mxew fiha missirijiethom. Dawn kienu obdew il-kmandamenti taʼ Ġeħova+ imma huma m’għamlux hekk. 18 U meta Ġeħova qajmilhom l-imħallfin,+ Ġeħova kien maʼ l-imħallef, u salvahom minn id l-għedewwa tagħhom il-jiem kollha taʼ l-imħallef; għax Ġeħova kien jiddispjaċih+ għat-tnehid tagħhom minħabba dawk li kienu qed jaħqruhom+ u dawk li kienu qed jitfgħuhom ’l hemm u ’l hawn.
19 U ġara li meta l-imħallef kien imut huma kienu jduru lura u jaġixxu b’mod mill-agħar iktar minn missirijiethom billi jimxu wara allat oħrajn biex jaqduhom u jmilu quddiemhom.+ Ma waqfux mill-għemejjel tagħhom u mill-imġiba stinata tagħhom.+ 20 Fl-aħħarnett, ir-rabja taʼ Ġeħova xegħlet+ kontra Israel u qal: “Talli dan il-ġens kiser il-patt tiegħi+ li jien ikkmandajt lil missirijiethom u ma semgħux minn leħni,+ 21 jien ukoll, min-naħa tiegħi, ma nerġaʼ nkeċċi minn quddiemhom lill-ebda wieħed mill-ġnus li Ġożwè ħalla warajh meta miet,+ 22 sabiex bihom ngħaddi minn prova+ lil Israel, jekk humiex se jħarsu t-triq taʼ Ġeħova billi jimxu fiha bħalma ħarsuha missirijiethom, jew le.” 23 Għaldaqstant, Ġeħova ħalla lil dawn il-ġnus jibqgħu billi ma keċċihomx mill-ewwel,+ u ma tahomx f’idejn Ġożwè.