2 Slaten
9 U l-profeta Eliżew sejjaħ lil wieħed minn ulied+ il-profeti u qallu: “Xammar il-libsa*+ u ħu dan il-flixkun+ żejt f’idek u mur Ramot-gilegħad.+ 2 Meta tasal hemmhekk, mur ara lil Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi; u idħol u qajmu minn fost ħutu u ħudu fil-kamra taʼ ġewwanett.+ 3 U ħu l-flixkun taż-żejt u sawbu fuq rasu+ u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek+ bħala sultan+ fuq Israel.”’ U iftaħ il-bieb u aħrab u toqgħodx tistenna.”
4 U l-qaddej, il-qaddej tal-profeta, telaq għal Ramot-gilegħad. 5 Meta wasal, il-kapijiet tal-qawwa militari kienu bil-qiegħda. U hu qal: “Għandi kelma għalik,+ O kap.” U Ġeħu qal: “Għal min minna lkoll?” U qallu: “Għalik, O kap.” 6 Għalhekk, qam u daħal id-dar; u sawwablu ż-żejt fuq rasu u qallu: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Qed nidilkek bħala sultan+ fuq il-poplu taʼ Ġeħova,+ jiġifieri, fuq Israel. 7 U trid taħbat għal dar Aħab sidek, u jien nitħallas+ għad-demm tal-qaddejja tiegħi l-profeti u d-demm kollu tal-qaddejja taʼ Ġeħova minn id Ġeżabel.+ 8 U d-dar kollha t’Aħab tgħib; u jien neqred minn dar Aħab+ lill-irġiel u s-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx+ f’Israel. 9 U nagħmel lil dar Aħab bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija. 10 U lil Ġeżabel jikluha l-klieb+ fil-medda art f’Ġeżragħel, u ma jkun hemm ħadd biex jidfinha.’” B’dan il-kliem, fetaħ il-bieb u ħarab.+
11 U Ġeħu ħareġ ħdejn il-qaddejja taʼ sidu, u dawn bdew jgħidulu: “Kollox sew?+ Dan il-miġnun+ għala ġie għalik?” Imma hu qalilhom: “Tafu kif inhu dan ir-raġel u kif jitkellem.” 12 Imma qalulu: “Mhux veru! Għidilna l-verità, jekk jogħġbok.” Imbagħad qalilhom: “Hekk u hekk kellimni u qalli, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek bħala sultan fuq Israel.”’”+ 13 Għal dan, ilkoll kemm huma malajr malajr qabdu ħwejjiġhom+ u qegħduhom taħtu fuq it-taraġ għeri, u bdew idoqqu l-qarn+ u jgħidu: “Ġeħu sar sultan!”+ 14 U Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi+ kkonfoffa+ kontra Ġeħoram.
U Ġeħoram kien qiegħed għassa f’Ramot-gilegħad,+ hu u Israel kollu, minħabba Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja. 15 Iktar tard is-Sultan Ġeħoram+ mar lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-feriti li għamlulu s-Sirjani meta ġġieled kontra Ħażagħel is-sultan tas-Sirja.+
Issa Ġeħu qal: “Jekk taqblu,+ tħallu lil ħadd jaħrab mill-belt biex imur u jwassal l-aħbar f’Ġeżragħel.” 16 U Ġeħu rikeb u mar Ġeżragħel; u Ġeħoram kien mimdud hemmhekk, u Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda kien niżel jara lil Ġeħoram. 17 U l-għassies+ kien fuq it-torri+ f’Ġeżragħel,+ u ra l-irġiel taʼ Ġeħu ġejjin ilebbtu miegħu ġemgħa sħiħa, u minnufih qal: “Qed nara ġemgħa sħiħa taʼ rġiel.” U Ġeħoram qal: “Ħu suldat tal-kavallerija u ibagħtu jiltaqaʼ magħhom, u għidlu jistaqsi, ‘Paċi hemm?’”+ 18 Għaldaqstant, rikkieb fuq żiemel mar jiltaqaʼ miegħu u qallu: “Hekk qal is-sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-‘paċi’?+ Ejja warajja!”
U l-għassies+ irrapporta u qal: “Il-messaġġier wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura.” 19 Għalhekk, bagħat it-tieni rikkieb fuq żiemel, li meta wasal ħdejhom qal: “Hekk qal is-sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-‘paċi’?+ Ejja warajja!”
20 U l-għassies irrapporta u qal: “Wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura; u s-sewqan hu bħas-sewqan taʼ Ġeħu+ li nannuh huwa Nimsi,+ għax isuq bħal miġnun.”+ 21 U Ġeħoram qal: “Arma l-karru!”+ Għalhekk, ramalu l-karru tal-gwerra u Ġeħoram is-sultan taʼ Israel u Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda ħarġu, kull wieħed fuq il-karru tiegħu tal-gwerra. Waqt li kienu sejrin jiltaqgħu maʼ Ġeħu, sabuh fil-medda art taʼ Nabot+ il-Ġeżragħeli.
22 U ġara li malli Ġeħoram ra lil Ġeħu, hu mill-ewwel qal: “Paċi hemm, Ġeħu?” Imma hu qal: “X’paċi+ jistaʼ jkun hemm sakemm jibqgħu ż-żína t’ommok Ġeżabel+ u l-ħafna sħarijiet tagħha?”+ 23 Minnufih Ġeħoram dawwar il-karru biex jaħrab u qal lil Aħażija: “Dan ingann,+ Aħażija!” 24 U Ġeħu qabad qaws f’idu+ u spara għal Ġeħoram bejn dirgħajh, u l-vleġġa ħarġet minn qalbu, u waqaʼ fil-karru tiegħu tal-gwerra.+ 25 Imbagħad qal lil Bidkar l-ajjutant tiegħu:+ “Erfgħu; itfgħu fl-għalqa taʼ Nabot il-Ġeżragħeli;+ għax ftakar li jien u int konna qed insuqu karru b’żewġ żwiemel kull wieħed wara Aħab missieru, u Ġeħova nnifsu ddikjara+ dan kontrih: 26 ‘“Id-demm+ taʼ Nabot u d-demm taʼ wliedu+ rajtu l-bieraħ,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u se nħallsek+ f’din il-medda art,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.’ Għalhekk issa, erfgħu u itfgħu fil-medda art skond il-kelma taʼ Ġeħova.”+
27 U Aħażija+ s-sultan taʼ Ġuda ra dan u ħarab mit-triq ħdejn id-dar tal-ġnien.+ (Iktar tard Ġeħu mar warajh u qal: “Lilu wkoll! Aħbtu għalih!” U ħabtu għalih waqt li kien tielaʼ bil-karru lejn Gur ħdejn Iblegħam.+ U kompla jaħrab lejn Megiddo+ u miet hemmhekk.+ 28 Imbagħad il-qaddejja tiegħu ġarrewh f’karru lejn Ġerusalemm, u difnuh hemmhekk fil-qabar tiegħu maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ 29 U kien fis-sena ħdax taʼ Ġeħoram+ bin Aħab li Aħażija+ kien sar sultan fuq Ġuda.)
30 Fl-aħħar, Ġeħu wasal Ġeżragħel,+ u Ġeżabel+ semgħet b’dan. U żebgħet+ għajnejha b’żebgħa sewda u għamlet xagħarha sabiħ+ u marret tħares ’l isfel mit-tieqa.+ 31 U Ġeħu daħal mill-bieb. U hi qalet: “Ħabatlu tajjeb lil Żimri+ meta qatel lil sidu?” 32 Għal dan għolla wiċċu lejn it-tieqa u qal: “Min hu miegħi? Min?”+ Immedjatament, tnejn jew tlieta mill-uffiċjali tal-palazz+ ħarsu ’l isfel lejh. 33 Għalhekk, qal: “Itfgħuha għal isfel!”+ U tefgħuha, u ftit minn demmha tar fuq il-ħajt u fuq iż-żwiemel; u hu baqaʼ għaddej+ minn fuqha. 34 Imbagħad daħal u kiel u xorob u qal: “Jekk jogħġobkom, ħudu ħsieb din il-misħuta+ u idfnuha, għax hi bint sultan.”+ 35 Imma meta marru biex jidfnuha, ma sabu xejn minnha ħlief l-għadam taʼ rasha u s-saqajn u l-pali taʼ idejha.+ 36 Meta reġgħu lura u qalulu b’dan, hu qalilhom: “Hija l-kelma taʼ Ġeħova li qal permezz+ tal-qaddej tiegħu Elija t-Tisbi, meta qal, ‘Fil-medda art f’Ġeżragħel il-klieb se jieklu l-laħam taʼ Ġeżabel.+ 37 U l-ġisem mejjet taʼ Ġeżabel se jsir bħad-demel+ f’wiċċ l-għalqa fil-medda art f’Ġeżragħel, sabiex ma jgħidux: “Din hi Ġeżabel.”’”+