Ġeremija
32 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova fl-għaxar sena taʼ Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda,+ jiġifieri, fis-sena tmintax taʼ Nebukadressar.+ 2 U dak iż-żmien il-qawwiet militari tas-sultan taʼ Babilonja kienu qed jassedjaw lil Ġerusalemm;+ u l-profeta Ġeremija kien qed jinżamm magħluq fil-Bitħa taʼ l-Għassa+ li qiegħda fid-dar tas-sultan taʼ Ġuda; 3 għax Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, kien għalqu hemmhekk,+ u qallu:
“Għalfejn qed tipprofetizza+ u tgħid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, se nagħti din il-belt f’idejn is-sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha;+ 4 u Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, m’huwiex se jeħlisha minn id il-Kaldin, għax żgur jingħata f’idejn is-sultan taʼ Babilonja, u jkellmu minn fomm għal fomm, u jarah wiċċ imbwiċċ”’;+ 5 ‘u jieħu lil Sedekija f’Babilonja, u hu jibqaʼ hemmhekk sakemm nitlob kont minnu,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova; ‘għalkemm intom tibqgħu titqabdu mal-Kaldin, ma tirnexxux’?”+
6 U mbagħad Ġeremija qal: “Il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħidli, 7 ‘Ara, Ħanamel bin Sallum, zijuk min-naħa taʼ missierek, ġej għandek biex jgħidlek: “Ixtri l-għalqa tiegħi li qiegħda f’Għanatot,+ għax int għandek id-dritt li tixtriha lura.”’”+
8 Imbagħad Ħanamel bin zijuwi min-naħa taʼ missieri ġie għandi, skond il-kelma taʼ Ġeħova, fil-Bitħa taʼ l-Għassa,+ u qalli: “Jekk jogħġbok, ixtri l-għalqa tiegħi li qiegħda f’Għanatot,+ fl-art taʼ Benjamin,+ għax int għandek id-dritt li tiritha, u tistaʼ tixtriha. Mela ixtriha.” Malli qalli dan kont naf li kienet il-kelma taʼ Ġeħova.+
9 Għaldaqstant xtrajt mingħand Ħanamel,+ bin zijuwi min-naħa taʼ missieri, l-għalqa li kienet f’Għanatot.+ U bdejt niżinlu l-flus,+ sebaʼ xwiekel u għaxar biċċiet tal-fidda. 10 Imbagħad ktibt kuntratt+ u waħħaltlu s-siġill+ u sejjaħt ix-xhieda+ waqt li wiżint+ il-flus fil-miżien. 11 Wara dan, ħadt il-kuntratt tax-xiri, dak li kont issiġillajt skond il-kmandament u r-regolamenti,+ u l-kuntratt l-ieħor li ħallejt miftuħ; 12 u tajt il-kuntratt tax-xiri lil Baruk,+ bin Nerija,+ bin Maħseja, quddiem Ħanamel bin zijuwi min-naħa taʼ missieri u quddiem ix-xhieda, li kitbu isimhom fil-kuntratt tax-xiri,+ quddiem il-Lhud kollha bil-qiegħda fil-Bitħa taʼ l-Għassa.+
13 Imbagħad ikkmandajt lil Baruk quddiem għajnejhom, u għedtlu: 14 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, ‘Ħu dawn il-kuntratti, dan il-kuntratt tax-xiri, il-wieħed siġillat, kif ukoll il-kuntratt l-ieħor li tħalla miftuħ,+ u qegħedhom f’reċipjent tal-fuħħar, sabiex iservu għal żmien twil.’ 15 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, ‘F’dan il-pajjiż għad iridu jinxtraw djar u għelieqi u oqsma tad-dwieli.’”+
16 U wara li tajt il-kuntratt tax-xiri lil Baruk+ bin Nerija,+ bdejt nitlob+ lil Ġeħova u għedtlu: 17 “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova!+ Ara, int għamilt is-smewwiet u l-art bil-qawwa kbira tiegħek+ u bi driegħek maħruġ ’il barra.+ Xejn minn dan m’hu taʼ l-għaġeb wisq għalik,+ 18 int li turi qalb tajba bl-imħabba m’eluf,+ u tħallas lura l-iżball tal-missirijiet fi ħdan uliedhom warajhom,+ l-Alla l-veru, il-Kbir,+ is-Setgħan,+ li ismek hu Ġeħova+ taʼ l-armati,+ 19 int li kbir fl-iskop+ u kotran fl-għemejjel,+ li għajnejk miftuħin fuq it-triqat kollha taʼ wlied il-bnedmin,+ sabiex tagħti lil kulħadd skond triqatu u skond frott l-għemejjel tiegħu;+ 20 int li għamilt sinjali u mirakli fl-art taʼ l-Eġittu, li għadhom magħrufin sa llum, u f’Israel u fost il-bnedmin,+ sabiex tagħmel isem għalik, bħalma se jseħħ dalwaqt.+ 21 U ħriġt lill-poplu tiegħek Israel mill-art taʼ l-Eġittu,+ b’sinjali u mirakli+ u b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra u qanqalt biżaʼ kbir.+
22 “Maż-żmien, int tajthom din l-art li ħlift li tagħti lil missirijiethom,+ art li tnixxi ħalib u għasel.+ 23 U daħlu u ħaduha f’idejhom,+ iżda m’obdewx minn leħnek, u ma mxewx mal-liġi tiegħek.+ Kulma kkmandajthom jagħmlu m’għamluhx,+ u għalhekk ġibt fuqhom dan il-gwaj kollu.+ 24 Ara! Din il-belt ġew għaliha u bnew rampi biex jassedjawha+ u jirbħuha,+ u l-belt se tingħata f’idejn il-Kaldin li qed jiġġieldu kontriha,+ minħabba s-sejf+ u l-ġuħ+ u l-pesta;+ u dak li għedt seħħ, u hawn hu qed tarah.+ 25 Madankollu int stess, O Mulej Sovran Ġeħova, għedtli, ‘Ixtri l-għalqa bil-flus+ u sejjaħ ix-xhieda,’+ għalkemm il-belt se tingħata f’idejn il-Kaldin.”+
26 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija, tgħid: 27 “Arani, jien Ġeħova, l-Alla tal-bnedmin kollha.+ Hemm xi ħaġa li hi taʼ l-għaġeb wisq għalija?+ 28 Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara, se nagħti din il-belt f’idejn il-Kaldin u f’idejn Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha.+ 29 U l-Kaldin li qed jiġġieldu kontra din il-belt se jidħlu fiha u jagħtuha n-nar u jaħarqu għalkollox din il-belt+ u d-djar li fuq il-bjut tagħhom offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji lil Bagħal u ferrgħu l-offerti tax-xorb lil allat oħrajn biex joffenduni.’+
30 “‘Għax ulied Israel u wlied Ġuda ħlief dak li hu ħażin f’għajnejja m’għamlux, sa minn żgħożithom;+ għax ulied Israel qed joffenduni saħansitra b’xogħol idejhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 31 ‘Għax din il-belt, minn dakinhar li bnewha sal-ġurnata taʼ llum, m’għamlet xejn ħlief tqanqal rabja u korla ġo fija,+ u għalhekk se nneħħiha minn quddiem wiċċi,+ 32 minħabba l-ħażen kollu li wlied Israel+ u wlied Ġuda+ għamlu biex joffenduni,+ huma, is-slaten tagħhom,+ il-prinċpijiet tagħhom,+ il-qassisin+ u l-profeti tagħhom,+ u n-nies taʼ Ġuda u l-abitanti taʼ Ġerusalemm. 33 U baqgħu jagħtuni daharhom u mhux wiċċhom;+ għalkemm għallimthom, iva, kont inbakkar fil-għodu biex ngħallimhom, imma ħadd minnhom ma ta widen biex jilqaʼ d-dixxiplina.+ 34 U qiegħdu l-affarijiet moqżieża tagħhom fid-dar li ssejjaħ ismi fuqha sabiex iniġġsuha.+ 35 Iktar minn hekk, huma bnew postijiet għall-qima* lil Bagħal+ fil-wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-nar+ għal Molek,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx,+ u lanqas biss għaddieli minn moħħi li jagħmlu ħaġa mistkerrha bħal din,+ u b’hekk iġiegħlu lil Ġuda jidneb.’+
36 “U għaldaqstant issa, hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel dwar din il-belt li dwarha qed tgħidu li se tingħata f’idejn is-sultan taʼ Babilonja bis-sejf u bil-ġuħ u bil-pesta,+ 37 ‘Ara, se niġborhom flimkien mill-artijiet kollha fejn xerridthom fir-rabja tiegħi u fil-korla tiegħi u fl-għadab kbir tiegħi;+ u nġibhom lura f’dan il-post u nġegħelhom jgħammru fis-sigurtà.+ 38 U jsiru l-poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom.+ 39 U nagħtihom qalb waħda+ u triq waħda sabiex jibżgħu minni dejjem, għall-ġid tagħhom u taʼ wliedhom warajhom.+ 40 U jien nagħmel patt magħhom li jibqaʼ għal żmien indefinit,+ sabiex ma nwarrabx minnhom, biex nagħmlilhom il-ġid;+ u npoġġilhom il-biżaʼ tiegħi f’qalbhom sabiex ma jwarrbunix.+ 41 U jien nifraħ bihom u nagħmlilhom il-ġid,+ u sinċerament inħawwilhom f’din l-art+ b’qalbi kollha u b’ruħi kollha.’”
42 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Bħalma ġibt fuq dan il-poplu dan il-gwaj kbir kollu, hekk ukoll se nġib fuqhom it-tjubija kollha li qed ngħid għalihom.+ 43 U għad jinxtraw l-għelieqi f’din l-art+ li dwarha tkunu qed tgħidu: “Hija art abbandunata,+ li la fiha bnedmin u lanqas annimali domestiċi, u ngħatat f’idejn il-Kaldin.”’+
44 “‘In-nies għad jixtru l-għelieqi bil-flus, u jinkiteb il-kuntratt+ u jiġi siġillat u jissejħu x-xhieda+ fl-art taʼ Benjamin+ u fl-inħawi madwar Ġerusalemm+ u fil-bliet taʼ Ġuda+ u fil-bliet tar-reġjun muntanjuż u fil-bliet tal-pjanura l-baxxa+ u fil-bliet tan-nofsinhar,+ għax jien inġib lura lill-imjassrin tagħhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”