Imħallfin
18 F’dawk il-jiem ma kienx hemm sultan f’Israel.+ U f’dawk il-jiem it-tribù tad-Danin+ kien qed ifittex wirt għalih fejn jgħammar; għax sa dak il-jum ma kienx għadu messhom wirt f’nofs it-tribujiet taʼ Israel.+
2 Fl-aħħar, ulied Dan bagħtu ħamest irġiel mill-familja tagħhom, irġiel minn fosthom, irġiel qalbenin, minn Sorgħa+ u Estagħol,+ biex jitkixxfu+ l-art u jaraw kif inhi. U qalulhom: “Morru u araw kif inhi l-art.” U huma waslu fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm+ sad-dar taʼ Mikea+ u qattgħu l-lejl hemmhekk. 3 Waqt li kienu qrib id-dar taʼ Mikea, huma għarfu leħen iż-żagħżugħ, il-Levita, u b’hekk ilwew għal hemmhekk. U qalulu: “Min ġabek hawnhekk, u x’qed tagħmel f’dan il-post, u x’interess għandek hawnhekk?” 4 U hu qalilhom: “Hekk u hekk għamel għalija Mikea biex jikrini+ u naqdi bħala qassis+ għalih.” 5 Imbagħad qalulu: “Stħarreġ,+ jekk jogħġbok, x’jgħid Alla+ biex inkunu nafu jekk triqitna li sejrin fiha hix se tirnexxi.” 6 Għalhekk, il-qassis qalilhom: “Morru fil-paċi. Triqitkom li sejrin fiha qiegħda quddiem Ġeħova.”
7 Fi qbil maʼ dan, il-ħamest irġiel baqgħu sejrin u waslu Lajs+ u raw kif in-nies taʼ ġo fiha kienu qed jgħammru billi jistrieħu fuqhom infushom skond id-drawwa tas-Sidonin, kwieti u bla suspett,+ u ma kien hemm ebda konkwistatur aħrax li kien qed jaħqarhom f’dik l-art. Barra minn hekk, kienu ’l bogħod mis-Sidonin+ u ma kellhom xejn x’jaqsmu maʼ nies oħrajn.
8 Fl-aħħar waslu għand ħuthom f’Sorgħa+ u Estagħol,+ u ħuthom bdew jgħidulhom: “Kif mortu?” 9 Għal dan, qalu: “Qumu, u ejjew nitilgħu kontrihom; għax rajna l-art, u, ara, hi tajba ħafna.+ Imma intom qed iddumu taħsbuha. Toqogħdux titnikkru biex tidħlu u tieħdu l-art f’idejkom.+ 10 Meta tidħlu, se tiġu għand poplu bla suspett,+ u l-art wiesgħa mhux ħażin; għax Alla tahielkom f’idejkom,+ post li ma jonqsu xejn milli hawn fuq l-art.”+
11 Imbagħad sitt mitt raġel li kienu mħażżmin b’armi tal-gwerra, mill-familja tad-Danin,+ telqu minn hemmhekk, jiġifieri, minn Sorgħa u Estagħol.+ 12 U telgħu u kkampjaw f’Kirjat-ġegħarim+ f’Ġuda. Huwa għalhekk li dan il-post semmewh Maħane-dan*+ u għadu hekk sa llum. Ara! Dan hu lejn il-punent taʼ Kirjat-ġegħarim. 13 Imbagħad, għaddew minn hemmhekk lejn ir-reġjun muntanjuż t’Efrajm u waslu sad-dar taʼ Mikea.+
14 Imbagħad il-ħamest irġiel li kienu marru biex jitkixxfu+ l-art taʼ Lajs+ wieġbu u qalu lil ħuthom: “Kontu tafu li f’dawn id-djar hemm efod u terafim+ u xbieha skolpita+ u statwa magħmula minn metall imdewweb?+ U issa aħsbu x’għandkom tagħmlu.”+ 15 Għalhekk, ilwew għal hemmhekk u marru fid-dar taż-żagħżugħ, il-Levita,+ fid-dar taʼ Mikea, u bdew jistaqsu kif kien sejjer.+ 16 Sadanittant, is-sitt mitt raġel minn ulied Dan,+ li kienu mħażżmin bl-armi tal-gwerra tagħhom,+ kienu weqfin fid-daħla. 17 Il-ħamest irġiel li kienu marru jitkixxfu l-art+ issa telgħu, sabiex jidħlu ġewwa u jieħdu x-xbieha skolpita+ u l-efod+ u t-terafim+ u x-xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ (U l-qassis+ kien wieqaf fid-daħla mas-sitt mitt raġel li kienu mħażżmin b’armi tal-gwerra.) 18 U daħlu fid-dar taʼ Mikea u ħadu x-xbieha skolpita, l-efod u t-terafim u x-xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ Għal dan, il-qassis+ qalilhom: “X’qed tagħmlu?” 19 Imma qalulu: “Oqgħod kwiet. Qiegħed idek fuq fommok, u ejja magħna u sir missier+ u qassis+ għalina. X’inhu l-aħjar, li tibqaʼ qassis għad-dar taʼ raġel wieħed+ jew li ssir qassis għal tribù u familja f’Israel?”+ 20 Dan ferraħ+ lil qalb il-qassis, u ħa l-efod u t-terafim u x-xbieha skolpita+ u mar f’nofs dawn in-nies.
21 Imbagħad huma daru u telqu fi triqithom u poġġew lit-tfal u l-bhejjem u l-affarijiet taʼ valur quddiemhom.+ 22 U kienu tbiegħdu mid-dar taʼ Mikea meta l-irġiel li kienu fid-djar qrib id-dar taʼ Mikea+ ssejħu flimkien u pprovaw jilħqu lil ulied Dan. 23 Meta baqgħu jgħajtu lil ulied Dan, dawn dawru wiċċhom u qalu lil Mikea: “Xi ġralek+ biex sejjaħt lil din il-folla flimkien?” 24 Għalhekk, qal: “Ħadtuli l-allat+ li għamilt,+ u l-qassis+ ukoll, u sejrin ’l hemm; u x’baqagħli iktar?+ Allura, kif tistgħu tgħiduli, ‘Xi ġralek?’” 25 U wlied Dan qalulu: “Tħallix leħnek jinstemaʼ fostna, li ma jmorrux jattakkawkom xi rġiel b’ruħhom mimlija mrar,+ u jkollok titlef ħajtek u l-ħajja* tan-nies taʼ darek.” 26 U wlied Dan baqgħu sejrin fi triqithom; u Mikea ra li huma kienu iktar b’saħħithom minnu,+ u għalhekk dar u mar lura lejn daru.
27 U huma ħadu dak li kien għamel Mikea u lill-qassis+ tiegħu, u baqgħu sejrin lejn Lajs,+ kontra poplu kwiet u bla suspett.+ U ħabtu għalihom b’xifer is-sejf,+ u l-belt ħarquha bin-nar.+ 28 U ma kienx hemm ħellies, għax kienet ’il bogħod minn Sidon,+ u ma kellhom xejn x’jaqsmu maʼ nies oħrajn; u kienet fil-pjanura l-baxxa taʼ Bet-reħob.+ Imbagħad bnew il-belt u bdew jgħammru fiha.+ 29 Iktar minn hekk, sejħu l-isem tal-belt Dan b’isem missierhom, Dan,+ li kien twieled lil Israel.+ Madankollu, il-belt qabel kien jisimha Lajs.+ 30 Wara dan, ulied Dan waqqfu x-xbieha skolpita;+ u Ġonatan+ bin Gersom,+ bin Mosè, hu u wliedu saru qassisin għat-tribù tad-Danin sal-jum li fih l-art ittieħdet fl-eżilju.+ 31 U żammew ix-xbieha skolpita li kien għamel Mikea mwaqqfa l-jiem kollha li d-dar+ taʼ l-Alla l-veru baqgħet f’Silo.+