Rumani
12 Għaldaqstant, ħuti, nitlobkom bil-ħrara minħabba l-mogħdrijiet t’Alla biex tippreżentaw ġisimkom+ bħala sagrifiċċju+ ħaj,+ qaddis,+ aċċettabbli għal Alla,+ jiġifieri, servizz sagru+ bil-qawwa tar-raġuni tagħkom.+ 2 U tibqgħux magħġunin+ skond din is-sistema, imma nbidlu billi ġġeddu moħħkom,+ biex tagħtu prova lilkom infuskom+ dwar x’inhi r-rieda+ tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.
3 Għax permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt, ngħid lil kull wieħed minnkom biex ma jaħsibx li hu xi ħaġa iktar milli hu xieraq;+ imma jaħseb b’tali mod li jkollu moħħ f’loku,+ kull wieħed skond il-qjies+ taʼ fidi+ li tah Alla. 4 Għax bħalma f’ġisem wieħed għandna ħafna membri,+ iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol, 5 bl-istess mod, għalkemm ħafna, aħna ġisem wieħed+ f’unjoni maʼ Kristu, imma kull wieħed minna membru taʼ l-ieħor.+ 6 Allura, ladarba għandna għotjiet differenti+ skond il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ li ntwerejna, jekk inhi profezija, ħa nipprofetizzaw skond il-qjies tal-fidi li ngħatalna; 7 jew jekk inhu ministeru, ħa nkunu medhijin b’dan il-ministeru;+ jew min jgħallem,+ ħa jkun medhi bit-tagħlim;+ 8 jew min iwiddeb, ħa jkun medhi bit-twiddib;+ min iqassam, ħa jagħti b’idu miftuħa;+ min jippresiedi,+ ħa jagħmel dan bil-ħeġġa kollha; min juri ħniena,+ ħa juriha bil-ferħ.
9 Ħa tkun imħabbitkom+ mingħajr ipokrisija.+ Stmerru dak li hu ħażin,+ żommu sod maʼ dak li hu tajjeb.+ 10 Ħa jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin bi mħabba lejn l-aħwa.+ Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw+ lil xulxin. 11 Titnikkrux f’xogħolkom.+ Kunu mħeġġin bl-ispirtu.+ Tjassru għal Ġeħova.+ 12 Thennew bit-tama.+ Issaportu fit-tribulazzjoni.+ Ipperseveraw fit-talb.+ 13 Aqsmu milli għandkom mal-qaddisin skond il-ħtiġijiet tagħhom.+ Uru dejjem l-ospitalità.+ 14 Ibqgħu bierku lil dawk li jippersegwitawkom;+ bierku+ u tisħtux.+ 15 Ifirħu maʼ min jifraħ;+ ibku maʼ min jibki. 16 Aħsbu f’oħrajn bl-istess mod kif taħsbu fikom infuskom;+ taħsbux fuq affarijiet taʼ kburija,+ imma kunu gwidati minn ħarsa umli.+ Tkunux għaqlin f’għajnejkom stess.+
17 Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.+ Agħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha. 18 Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-paċi+ mal-bnedmin kollha. 19 Maħbubin, tivvendikawx+ ruħkom, imma agħmlu l-wisaʼ għall-korla;+ għax hu miktub: “Il-vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.”+ 20 Imma, “jekk l-għadu tiegħek hu bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, agħtih jixrob;+ għax meta tagħmel dan tkun qed tiġmaʼ ġamar jaqbad fuq rasu.”+ 21 Tħallix il-ħażen jirbħek, imma dejjem irbaħ il-ħażen bit-tajjeb.+