Ġuda
1 Ġuda,* ilsir taʼ Ġesù Kristu, u ħu Ġakbu,+ lill-imsejħin+ li huma maħbubin f’relazzjoni m’Alla l-Missier+ u merfugħin+ għal Ġesù Kristu:
2 Jalla jiżdidulkom+ il-ħniena+ u l-paċi+ u l-imħabba.+
3 Maħbubin,+ għalkemm kont qed nagħmel kull sforz biex niktbilkom dwar is-salvazzjoni li għandna komuni bejnietna,+ ħassejt il-bżonn li niktbilkom biex inħeġġiġkom tiġġieldu bl-aħrax għall-fidi+ li ngħatat darba għal dejjem lill-qaddisin.+ 4 Ir-raġuni tiegħi hi li fostna daħlu xi rġiel baxx baxx+ li l-Iskrittura ilha li qatgħethielhom+ għal dan il-ġudizzju,+ irġiel mhux devoti,+ li jdawru l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla tagħna fi skuża għall-kondotta laxka+ u juru li m’humiex leali+ lejn l-uniku Sid+ u Mulej tagħna,+ Ġesù Kristu.
5 Minkejja li ħadtu għarfien sħiħ darba għal dejjem,+ nixtieq infakkarkom li, wara li salva poplu mill-art taʼ l-Eġittu,+ Ġeħova qered lil dawk li ma wrewx fidi.+ 6 U lill-anġli li ma żammewx il-pożizzjoni oriġinali tagħhom imma abbandunaw il-post xieraq fejn kellhom jgħammru,+ hu żammhom marbutin għal dejjem+ fi dlam ċappa għall-ġudizzju tal-jum il-kbir.+ 7 Hekk ukoll Sodoma u Gomorra u l-bliet taʼ madwarhom,+ wara li bl-istess mod bħal dawn taʼ qabel taw ruħhom kompletament għaż-żína u ntelqu għall-użu mhux naturali tal-ġisem,+ jitqiegħdu quddiemna bħala eżempju taʼ twissija+ billi ħadu l-kastig ġudizzjarju tan-nar taʼ dejjem.+
8 Minkejja dan, dawn l-irġiel, bl-istess mod ukoll, peress li jgħixu fil-ħolm,+ qed iniġġsu l-laħam u jinjoraw lil min hu fuqhom+ u jmaqdru lill-glorjużi.+ 9 Imma meta Mikiel+ l-arkanġlu+ kellu tilwima+ max-Xitan u kien qed jargumenta miegħu dwar il-ġisem taʼ Mosè,+ ma ssograx jikkundannah bit-tgħajjir,+ imma qallu: “Ħa jċanfrek Ġeħova.”+ 10 Iżda dawn l-irġiel qed imaqdru dak kollu li fil-fatt ma jafux dwaru;+ imma dak kollu li jifhmu bl-istint bħall-annimali li ma jirraġunawx,+ f’dan ikomplu jħassru+ lilhom infushom.
11 Gwaj għalihom, għax marru fit-triq taʼ Kajjin,+ u ġrew fil-korsa żbaljata taʼ Balgħam+ għall-premju, u nqerdu bid-diskors ribelluż+ taʼ Koraħ!+ 12 Dawn huma l-blat moħbi taħt l-ilma fil-festi+ li tagħmlu bejn l-aħwa filwaqt li jiffesteġġaw magħkom; rgħajja li jitimgħu lilhom infushom bla biżaʼ;+ sħab bla xita li jinġarr ’l hemm+ u ’l hawn mill-irjieħ;+ siġar fl-aħħar tal-ħarifa, bla frott, li mietu darbtejn, għax tqaċċtu mill-għeruq;+ 13 imwieġ qliel tal-baħar li jtellgħu mar-ragħwa dak li jġibilhom l-għajb;+ kwiekeb li ma jżommux orbita stabbilita u li għalihom hemm merfugħa għal dejjem is-swidija tad-dlam.+
14 Iva, Enok,+ is-sebaʼ wieħed fil-linja minn Adam, ukoll ipprofetizza dwarhom, meta qal: “Ara! Ġeħova ġie bil-mirjadi* mqaddsa tiegħu,+ 15 biex jagħmel ġudizzju minn kulħadd,+ u jikkundanna lil dawk kollha li m’għandhomx devozzjoni lejn Alla għall-għemejjel bla devozzjoni kollha tagħhom li għamlu mingħajr devozzjoni, u għall-kliem li jkexkex kollu li ntqal kontrih minn midinbin li m’għandhomx devozzjoni lejh.”+
16 Dawn l-irġiel dejjem igergru,+ jilmentaw dwar xortihom, jimxu skond ix-xewqat tagħhom stess,+ u fommhom jgħid kliem li jneffaħ,+ waqt li jammiraw individwi+ għall-benefiċċju tagħhom stess.
17 Iżda intom, maħbubin, ftakru l-kliem li ntqal qabel mill-appostli tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ 18 kif kienu jgħidulkom: “Fl-aħħar żmien ikun hemm nies li jwaqqgħu kollox għaċ-ċajt u li jimxu skond ix-xewqat tagħhom stess wara affarijiet bla devozzjoni lejn Alla.”+ 19 Dawn huma nies li jġibu firdiet,+ għandhom mill-annimali,+ u m’għandhomx spiritwalità.+ 20 Imma intom, maħbubin, billi tinbnew+ fuq il-fidi l-iktar qaddisa tagħkom+ u titolbu bl-ispirtu qaddis,+ 21 żommu ruħkom fl-imħabba t’Alla,+ waqt li qed tistennew il-ħniena+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu bil-ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejkom.+ 22 Ukoll, komplu uru ħniena+ maʼ wħud li għandhom id-dubji;+ 23 salvawhom+ billi taħtfuhom minn ġon-nar.+ Imma komplu uru ħniena m’oħrajn, u agħmlu dan bil-biżaʼ, waqt li tobogħdu saħansitra l-libsa li ttebbgħet mil-laħam.+
24 Issa lil dak li jistaʼ jħariskom+ milli titfixklu u jagħmilkom bla difett+ fid-dehra tal-glorja tiegħu b’ferħ kbir, 25 lill-uniku Alla Salvatur+ tagħna permezz taʼ Ġesù Kristu,+ il-Mulej tagħna, ikunu l-glorja,+ il-maestà, is-setgħa,+ u l-awtorità+ għall-eternità kollha li għaddiet+ u issa u għall-eternità kollha.+ Amen.+